Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/134030
Title: Biex tiehu t-tort : noti qosra - ligi civili
Authors: Musumeci, Robert
Keywords: Law -- Malta
Torts -- Malta
Government liability -- Malta
Administrative law -- Malta
Liability (Law) -- Malta
Civil law -- Malta
Issue Date: 2025
Citation: Musumeci, R. (2025). Biex tiehu t-tort : noti qosra - ligi civili. Retrieved from https://robertmusumeci.com/biex-tiehu-t-tort/
Abstract: Min ifittex ghad-danni irid jipprova mhux biss l-att jew ommissjoni kolpuza izda li dak l-istess att jew ommissjoni ghandhom konnessjoni ta’ kawza u effett mad-danni sofferti1. Fi kliem iehor, biex tirnexxi azzjoni ghad-danni kkawzati minn delitt jew kwazi delitt, mhux bizzejjed li l-attur jipprova li sofra xi hsara fil- proprjeta’ tieghu, izda jehtieg ukoll li jipprova li dik il-hsara tkun gejja mill-agir tal- konvenut jew li dan b’xi mod ikkontribwixxa ghaliha. F’sens kuntrarju, jekk il-provi ma jindikawx b’mod ċar li d-danni kienu konsegwenza diretta tal-għemil tal-konvenut, dan ta’ l-ahhar jigi ezonorat. Isewgi li n-nuqqas ta’ prova ċara dwar il-kawża tal-ħsara jfisser li l-oneru legali ma ġiex sodisfatt u, għaldaqstant, skont il-prinċipju actor non probante, reus absolvitur, il-konvenut għandu jiġi meħlus mir-responsabbiltà. Dan l-istandard ilu stabbilit fil-ġurisprudenza għal bosta snin. Bħala eżempju, fil-kawża Dottor Herbert Lenicker vs Joseph Camilleri (Prim’Awla, 31 ta’ Mejju, 1972), ġie ċċarat li jekk l-attur jonqos milli jipprova t-tort tal-konvenut, l-azzjoni tiegħu trid tiġi miċħuda anke jekk il-konvenut ma jipprovax xi difiża. Għaldaqstant, f’kawżi ta’ danni, l-attur għandu jipprova li l-konvenut għamel jew naqas milli jagħmel xi att li wassal għall-ħsara u l-konvenut m’għandux għalfejn jipprova n-nuqqas ta’ tort tiegħu jekk l-attur ma jissodisfax l-oneru tiegħu.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/134030
Appears in Collections:Scholarly Works - FacLawPub

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Biex_tiehu_t_tort.pdf522.93 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.