Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/134447
Title: In-niggieża tan-narrattiva : il-proża politika
Authors: Borg, Kurt
Grima, Adrian
Vassallo, Mario Thomas
Keywords: Politics and literature -- Malta
Maltese poetry -- 20th century -- Criticism and interpretation
Maltese prose literature -- 20th century -- Criticism and interpretation
Narration (Rhetoric)
Issue Date: 2024
Publisher: Il-Fakultà tal-Ekonomija, tal-Ġestjoni u l-Kontabilità. Id-Dipartiment tal-Istudji Politiċi u l-Governanza u Il-Fakultà tal-Arti. Id-Dipartiment tal-Malti
Citation: Borg, K., Grima, A., & Vassallo, M.T. (Eds.). (2024). In-niggieża tan-narrattiva : il-proża politika. Malta: Il-Fakultà tal-Ekonomija, tal-Ġestjoni u l-Kontabilità. Id-Dipartiment tal-Istudji Politiċi u l-Governanza u Il-Fakultà tal-Arti. Id-Dipartiment tal-Malti.
Abstract: L-importanza ta' pubblikazzjoni fuq il-proża u l-politika hija kruċjali anki fl-ambjenti u t-tensjonijiet li ngħixu fihom ta' kuljum, għax toffri analiżi profonda tad-diversi modi kif il-letteratura tista' tgħinna nifhmu u nwettqu bidliet fis-soċjetà tagħna. Essenzjalment, dan li għandek f'idejk huma l-atti konnessi mat-tielet konferenza fi ħdan is-sensiela Lingua-Politik li konna organizzajna fis-27 t'April 2024 meta dakinhar, fil-Valletta Campus, tfajna taħt l-għarbiel lill-proża Maltija bħala niggieża għall-istatus quo politiku u soċjali. Fl-istorja tal-umanità, il-letteratura dejjem kellha rwol ċentrali bħala mezz ta' komunikazzjoni, riflessjoni, u kritika. Il-proża, b'mod speċjali, hija forma ta' espressjoni li tippermetti lill-awturi jesploraw il-kumplessitajiet tal-eżistenza umana, inkluż il-kutrumbajsi tal-poter, b'mod dettaljat u kreattiv. Il-kontribuzzjonijiet f'dawn l-atti jipprovdu ħarsa estensiva lejn kif ix-xogħlijiet letterarji jistgħu jservu bħala strumenti għat-trasformazzjoni politika u soċjali, jekk mhux fil-konkret, tal-anqas fil-ħsieb u l-ġudizzju morali. L-analiżi tal-proża minn perspettiva politika tgħinna nifhmu kif narrattivi differenti jistgħu jiffurmaw l-opinjonijiet pubbliċi, jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet politiċi, u jgħinu biex jinħoloq dibattitu dwar kwistjonijiet kurrenti. Permezz ta' studji ta' każi, analiżi tematika, u riflessjonijiet kritiċi, l-awturi ta' dawn l-atti juruna kif il-letteratura tista' tkun forza dinamika għall-bidla u l-maturità politika.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/134447
ISBN: 9789918010783
Appears in Collections:In-niggieża tan-narrattiva : il-proża politika, 2024
Scholarly Works - FacArtMal
Scholarly Works - FacEMAPP

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
In_niggieża_tan_narrattiva.pdf2.11 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.