Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/135705| Title: | It-traġitt fil-ħsieb edukattiv : ħarsa analitika lejn il-kitbiet ta’ Ugo Mifsud Bonnici u Evarist Bartolo |
| Other Titles: | Il-qawwa tal-kelma : ir-retorika politika |
| Authors: | Seguna, Omar |
| Keywords: | Mifsud Bonnici, Ugo, 1932- Bartolo, Evarist, 1952- Malta -- Politics and government -- History Presidents -- Malta -- Biography Politicians -- Malta -- Biography |
| Issue Date: | 2023 |
| Publisher: | Università ta’ Malta. Dipartiment tal-Politika Pubblika u Dipartiment tal-Malti |
| Citation: | Seguna, O. (2023). It-traġitt fil-ħsieb edukattiv : ħarsa analitika lejn il-kitbiet ta’ Ugo Mifsud Bonnici u Evarist Bartolo. In M.T. Vassallo, & M. Spagnol, (Eds.)., Il-qawwa tal-kelma : ir-retorika politika (pp. 64-73). Malta: Università ta’ Malta. Dipartiment tal-Politika Pubblika u Dipartiment tal-Malti |
| Abstract: | Il-ħsibijiet ta’ eks ministri tal-edukazzjoni għandhom importanza kbira sabiex nifhmu deċiżjonijiet ewlenin f’dan il-qasam. Hawnhekk se nagħti ħarsa lejn dak li xpruna żewġ ministri tal-Edukazzjoni, l-Eċċellenza Tiegħu Dr Ugo Mifsud Bonnici, President Emeritus, u s-Sur Evarist Bartolo, sabiex fasslu l-politika tagħhom u l-impatt li din ħalliet. Se nipprova wkoll nagħti ħarsa ħafifa, fil-limitazzjonijiet li għandi, biex nanalizza kif inbidlet ir-retorika politika mill-aħħar tas-snin tmenin sad-disgħinijiet, u minn qabel l-2013 għal wara dik l-elezzjoni. L-għażla ta’ dawn iż-żewġ personaġġi saret proprju minħabba ż-żmien partikolari illi fihom wettqu l-politika tagħhom, jiġifieri wara bidla relattivament twila tal-partit fil-Gvern; dik tad-9 ta’ Mejju 1987 li ntrebħet mill-Partit Nazzjonalista mmexxi mill-Eċċellenza tiegħu Dr Eddie Fenech Adami (President ta’ Malta bejn l-2004 u l-2009) u dik tad-9 ta’ Marzu 2013 li ntrebħet mill-Partit Laburista mmexxi minn Dr Joseph Muscat. Dawn iż-żewġ elezzjonijiet kienu karatterizzati minn wegħdiet li kellhom iġibu bidliet radikali (Engerer, 2013, Fenech Adami, 2014). Għaldaqstant ikun ta’ interess li ngħarrxu ftit x’kienu d-deċiżjonijiet politiċi fil-qasam tal-edukazzjoni u wisq iktar kif inbidlet ir-retorika politika minn żmien ta’ qabel dik li tkun tingħad qabel l-elezzjoni mill-amministrazzjoni preċedenti għal dik proposta mill-partit alternattiv li mbagħad wara spiċċa fil-Gvern. Irrid nagħmilha ċara għalhekk li ma nistax inqabbel il-ħidma ta’ dawn iż-żewġ politiċi u noħloq paraguni bejniethom minħabba li hemm wisq fatturi differenti u kuntrastanti, l-aktar evidenti huwa ż-żmien notevoli bejniethom. Forsi tajjeb li f’din l-introduzzjoni nsemmu xi wħud mill-kisbiet ta’ dawn iż-żewġ Ministri. Fl-ewwel snin ta’ Mifsud Bonnici bħala Ministru tal-Edukazzjoni stajna naraw riforma fl-Università u anki fis-settur postsekondarju, twaqqif mill-ġdid tal-Counselling and Guidance Unit, bidla fit-tagħlim tal-Għarbi fl-iskejjel sekondarji, amalgamazzjoni tal-Junior Craft Centres mal-iskejjel tas-snajja’, riforma fl-eżami tad-dħul tal-Liċeo, żieda ta’ tagħlim akkademiku fl-iskejjel tas-snajja’, ħatra mill-ġdid tad-Diretturi Spiritwali, bini ta’ skejjel ġodda, kundizzjonijiet aħjar għax-xogħol u reviżjoni tas-salarji tal-għalliema u ismijiet ġodda lill-iskejjel; dawn tal-aħħar x’aktarx għal xi personaġġ magħruf minn dik il-lokalità (meħuda minn Suppliment Edukazzjoni, In-Nazzjon, It-Tlieta 24 ta’ Novembru 1987). Hemm ukoll il-Liġi tal-Edukazzjoni. Fost il-kisbiet ta’ Bartolo mill-banda l-oħra nsibu l-organizzazzjoni fl-iskejjel sekondarji: Skejjel Medji u Sekondarji, l-edukazzjoni Co-ed, l-introduzzjoni ta’ suġġetti vokazzjonali, it-twaqqif ta’ programmi alternattivi ta’ tagħlim, l-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu u tablet għal kull wild. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/135705 |
| Appears in Collections: | Il-qawwa tal-kelma : ir-retorika politika, 2023 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| It_traġitt_fil_ħsieb_edukattiv.pdf | 133.72 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
