Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/135707
Title: Il-kariżma etika msarrfa f’retorika effettiva : id-diskorsi ta’ Eddie Fenech Adami tal-1981 u l-1982
Other Titles: Il-qawwa tal-kelma : ir-retorika politika
Authors: Stagno, Lara
Keywords: Fenech Adami, Edward, 1934-
Speeches, addresses, etc., Maltese
Maltese language -- Discourse analysis
Rhetoric -- Political aspects -- Malta
Issue Date: 2023
Publisher: Università ta’ Malta. Dipartiment tal-Politika Pubblika u Dipartiment tal-Malti
Citation: Stagno, L. (2023). Il-kariżma etika msarrfa f’retorika effettiva : id-diskorsi ta’ Eddie Fenech Adami tal-1981 u l-1982. In M.T. Vassallo, & M. Spagnol, (Eds.)., Il-qawwa tal-kelma : ir-retorika politika (pp. 28-37). Malta: Università ta’ Malta. Dipartiment tal-Politika Pubblika u Dipartiment tal-Malti
Abstract: Ir-retorika pubblika, bir-raġun kollu, titqawwa f’mument ta’ kriżi politika jew deċiżjonijiet politiċi kruċjali. Id-diskorsi politiċi tal-1981 u l-1982 seħħew f’kuntest kontroversjali u uniku fl-istorja politika Maltija: il-kampanja elettorali li wasslet għall-elezzjoni ta’ Diċembru li kif stqarr Oliver Friggieri “pproduċiet riżultat li Mintoff stess stqarr li kien pervers” (Eddie Fenech Adami 14). Dan għaliex il-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza ta’ siġġijiet fil-Parlament u l-minoranza ta’ voti, waqt li l-Partit Nazzjonalista kiseb il-maġġoranza tal-voti u l-minoranza ta’ siġġijiet. Bħala mexxej relattivament ġdid, b’erba’ snin biss ta’ esperjenza, meta mqabbel mar-rival tiegħu, Dom Mintoff, bi tnejn u tletin sena fil-politika, Fenech Adami ried jistabbilixxi lilu nnifsu permezz ta’ kliemu u għemilu sabiex jikseb il-fiduċja tal-maġġoranza tal-poplu Malti. L-isfidi tiegħu f’dawk is-sentejn kienu fuq żewġ livelli: fuq naħa l-paċifikazzjoni tat-tensjonijiet li żviluppaw bejn iż-żewġ partiti, u fuq in-naħa l-oħra l-kriżi kostituzzjonali maħluqa mir-riżultat pervers tal-elezzjoni. Aktar ’il quddiem żdiedet sfida oħra, din id-darba internazzjonali, għat-tisħib ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Fenech Adami rrikorra l-ewwel għad-djalogu, bħala forma ta’ medjazzjoni mibdija, bi tweġibiet pubbliċi għal dak li jkun stqarr l-avversarju politiku tiegħu f’diskors preċedenti; imbagħad “b’reazzjonijiet intensi mill-Partit Nazzjonalista, fosthom il-bojkott lil Xandir Malta, l-assenza mill-postijiet tax-xogħol fl-Imnarja, l-assenteiżmu parlamentari u “l-‘mass meetings’ verament kbar” (Friggieri, “Eddie Fenech Adami” 14). Fenech Adami: avukat, politiku, kap ta’ familja u bniedem bi prinċipji Demokristjani – seta’ jitqies, f’dawn iċ-ċirkostanzi u r-reazzjonijiet tiegħu għalihom, bħala bniedem b’kariżma etika?
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/135707
Appears in Collections:Il-qawwa tal-kelma : ir-retorika politika, 2023

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Il_kariżma_etika_msarrfa_f_retorika_effettiva.pdf722.56 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.