Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/135709| Title: | L-arti tal-kelma fid-diskorsi politiċi ta’ Duminku Mintoff |
| Other Titles: | Il-qawwa tal-kelma : ir-retorika politika |
| Authors: | Borg, Christabelle |
| Keywords: | Mintoff, Dom, 1916-2012 Speeches, addresses, etc., Maltese Maltese language -- Discourse analysis Rhetoric -- Political aspects -- Malta |
| Issue Date: | 2023 |
| Publisher: | Università ta’ Malta. Dipartiment tal-Politika Pubblika u Dipartiment tal-Malti |
| Citation: | Borg, C. (2023). L-arti tal-kelma fid-diskorsi politiċi ta’ Duminku Mintoff. In M.T. Vassallo, & M. Spagnol, (Eds.)., Il-qawwa tal-kelma : ir-retorika politika (pp. 22-26). Malta: Università ta’ Malta. Dipartiment tal-Politika Pubblika u Dipartiment tal-Malti |
| Abstract: | F'dan id-diskors se niskopri aħjar lil Duminku Mintoff minn kliemu. Għalija l-kelma għandha saħħa qawwija. Kif kien jgħidli wieħed mit-tuturi tiegħi, Prof. Oliver Friggieri, b’kelma tista’ tibni jew tkisser ħbiberija, relazzjoni u saħansitra nazzjon. Il-kelma hi arti fiha nnifisha u jeħtieġ li tiġi studjata b’reqqa għaliex tixħet dawl fuq bosta affarijiet, u bla ma nafu tgħinna nifhmu aħjar lill-persuna li tkun lissnitha. Kien għalhekk li għat-teżi tiegħi għażilt li nistudja għadd ta’ diskorsi politiċi li għamel Mintoff waqt meetings pubbliċi fl-1962. Malta tas-snin sittin kienet għaddejja minn perjodu ta’ taqlib kbir. Kienet għadha marbuta ma’ tip ta’ mentalità li fiha l-istituzzjoni tal-Knisja Kattolika kellha l-poter morali kollu f’idejha, u dan ħalla effetti kbar fuq il-poter politiku. Mintoff, bħala l-mexxej tal-Partit Laburista, u l-Kurja, kienu għaddejjin bil-ġlieda politika-ekkleżjastika. Ir-rabja li kienet qiegħda tikbes f’Mintoff minħabba għadd ta’ restrizzjonijiet ħarġet fid-diskorsi mqanqla tiegħu u tinħass fix-xejriet ta’ amplifikazzjoni fil-metafori u fit-ton ironiku. Il-kelma “interdett” innifisha kienet tesprimi tajjeb il-kunflitt bejn iż-żewġ naħat, il-ħajt li ttella’ bejniethom, u kienet tinstema’ sew fil-pjazza meta l-miġemgħa kienet tinġabar għal xi mass meeting. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/135709 |
| Appears in Collections: | Il-qawwa tal-kelma : ir-retorika politika, 2023 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| L_arti_tal_kelma_fid_diskorsi_politiċi_ta_Duminku_Mintoff.pdf | 117.78 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
