Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/135839| Title: | Ritratti mżellġa u vuċijiet Imbiegħda : l-istorja, il-memorja u l-verità f'Castillo |
| Other Titles: | In-niggieża tan-narrattiva : il-proża politika |
| Authors: | Somerville, Justine |
| Keywords: | Azzopardi, Clare, 1977- . Castillo Maltese fiction -- 21st century Maltese literature -- 20th century -- History and criticism |
| Issue Date: | 2024 |
| Publisher: | Il-Fakultà tal-Ekonomija, tal-Ġestjoni u l-Kontabilità. Id-Dipartiment tal-Istudji Politiċi u l-Governanza u Il-Fakultà tal-Arti. Id-Dipartiment tal-Malti |
| Citation: | Somerville, J. (2024). Ritratti mżellġa u vuċijiet Imbiegħda : l-istorja, il-memorja u l-verità f'Castillo. In K. Borg, A. Grima, & M.T. Vassallo (Eds.). In-niggieża tan-narrattiva : il-proża politika (pp. 18-26). Malta: Il-Fakultà tal-Ekonomija, tal-Ġestjoni u l-Kontabilità. Id-Dipartiment tal-Istudji Politiċi u l-Governanza u Il-Fakultà tal-Arti. Id-Dipartiment tal-Malti. |
| Abstract: | F’ riċensjoni dwar l-adattament ċinematografiku ta' ls-Sriep Reġgħu Saru Velenużi ta' Alex Vella Gera, Virginia Monteforte tikkummenta dwar membri mill-udjenza u riċensuri oħra li ddiżappuntaw ruħhom meta raw il-film għax ir-rappreżentazzjoni tas-sebgħinijiet u t-tmeninijiet f'Malta ma kinitx sinċiera u preċiża biżżejjed. K. Penza, l-awtriċi tal-ġeneru polizjesk, mistħajla u maħluqa mill-awtriċi Clare Azzopardi, spiss kienet tirċievi ittri ta' tifħir għar-rumanzi tagħha fuq l-Ispettur Castillo; imma kienu jibagħtulha wkoll ittri ta' akkuża u theddid: "Nixtieqek tkun taf li xejn mhuma jintgħoġbu l-insinwazzjonijiet dwar il-korp tal-pulizija u l-Kummissarju" (236). Dawn il-preokkupazzjonijiet jistidnuna nirriflettu fuq ir-relazzjoni bejn il-letteratura fuq naħa, u l-istorja, il-memorja, u l-verità fuq l-oħra. X'responsabbiltà għandha, jekk għandha, il-letteratura lejn il-verità storika jew il-memorja kollettiva u soċjali? Skont Davis u Meretoja, meta l-awturi jiktbu dwar suġġetti sensittivi bħall-Olokawst ma jistgħux jgħidu li jridu għax hemm limiti u aspettattivi leġittimi li jmexxuhom (274). Iridu jew ma jridux, l-awturi Maltin ukoll jirriflettu fuq dawn l-aspettattivi u ma jistgħux jinjorawhom. Ngħidu aħna, l-istorja jew il-memorja nazzjonali jillimitaw il-flessibbiltà tal-liċenzja artistika u jikkontrollaw in-narrattivi mistħajla dwar Malta wara l-Indipendenza? |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/135839 |
| ISBN: | 9789918010783 |
| Appears in Collections: | In-niggieża tan-narrattiva : il-proża politika, 2024 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Ritratti_mżellġa_u_vuċijiet_imbiegħda.pdf | 179.66 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
