Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/135894
Title: Il-proża politika maltija : aptit għal aktar analiżi
Other Titles: In-niggieża tan-narrattiva : il-proża politika
Authors: Vassallo, Mario Thomas
Keywords: Politics and literature -- Malta
Maltese poetry -- 20th century -- History and criticism
Maltese prose literature -- 20th century -- History and criticism
Issue Date: 2024
Publisher: Il-Fakultà tal-Ekonomija, tal-Ġestjoni u l-Kontabilità. Id-Dipartiment tal-Istudji Politiċi u l-Governanza u Il-Fakultà tal-Arti. Id-Dipartiment tal-Malti
Citation: Vassallo, M.T. (2024). Il-proża politika maltija : aptit għal aktar analiżi. In K. Borg, A. Grima, & M.T. Vassallo (Eds.). In-niggieża tan-narrattiva : il-proża politika (pp. 8-11). Malta: Il-Fakultà tal-Ekonomija, tal-Ġestjoni u l-Kontabilità. Id-Dipartiment tal-Istudji Politiċi u l-Governanza u Il-Fakultà tal-Arti. Id-Dipartiment tal-Malti.
Abstract: Hemm affinità kbira bejn il-politika u l-oqsma diversi tal-arti. Kull min huwa nnamrat mas-siġġu tal-poter - kemm jekk b'vokazzjoni, inkella b'mod Makkjavellista - jinteressah mill-artisti u minn xogħlijiethom. Jagħmel minn kollox biex jipprova jippatronizza x-xena artistika u, jekk ma jirnexxilux, isegwi mill-qrib dak li qed jinkiteb, jitpinġa, jitkanta jew ikun imħażżeż mal-ħitan biex jitkixxfu s-sentimenti tal-poplu. Matul is-sekli kienu diversi t-temi u l-kwistjonijiet politiċi li ġew indirizzati f'xogħlijiet letterarji, bħal ngħidu aħna d-daqs tal-pajjiż u l-prepotenza militari bħalma naqraw f'Gulliver's Travels ta' Jonathan Swift. Inkella, in-narrattivi soċjali li jiddokumentaw il-vittmi tal-industrijalizzazzjoni kif juruna r-rumanzi ta' Charles Dickens, mhux l-inqas fi Great Expectations u Oliver Twist. Mill-banda l-oħra t-tirannija politika wkoll sfat taħt il-lenti tad-drammaturgu William Shakespeare meta kiteb għadd kbir ta' drammi bħal Richard Ili u Macbeth, u The Merchant of Venice fost oħrajn. Madankollu, kittieba oħrajn ma stħarrġux biss it-tirannija fl-intriċċi tal-monarkiċi, imma saħansitra bejn gruppi ta' abbatini nawfragati fuq gżira bħalma jirrakkonta William Golding f' Lord of the Flies. Il-ġlieda għall-poter, l-istrateġija politika u t-tattiċi għall-kisba tas-setgħa jibqgħu fil-qalba ta' diversi rumanzi li għelbu kull limitazzjoni ta' spazju u żmien għax għadhom relevanti sa llum. Hawn nistgħu nsemmu Il Gattopardo ta' Giuseppe Tommasi de Lampedusa li jittratta l-bidla fir-reġim li tiżmantella l-ordni l-antik u toħloq ċrieki ġodda ta' poter. Inkella lil Oliver Friggieri li permezz ta' Fil-Parlament Ma Jikbrux Fjuri u Fil-Gżira Taparsi Jikbru l-Fjuri sensel narrattivi varji dwar it-tnawwir tad-demokrazija. F'din l-introduzzjoni lanqas ma nistgħu nħallu barra l-ħemel ta' pubblikazzjonijiet li jniggżu lill-qarrej fuq l-isfrundar tal-viżjoni politika permezz tad-distopja, fi kliem ieħor meta l-idea l politiku jinbidel fi ħmar il-lejl, bħalma jiġri f'1984 u Animal Farm ta' George Orwell, u dan biex ma nsemmux ukoll is-serje ta' Suzanne Collins fil-kullana ta' The Hunger Games.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/135894
ISBN: 9789918010783
Appears in Collections:In-niggieża tan-narrattiva : il-proża politika, 2024

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Il_proża_politika_maltija.pdf101.21 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.