Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/136525
Title: Komunità tal-kelma [Daħla editorjali]
Authors: Grima, Adrian
Keywords: Maltese language -- Study and teaching (Graduate) -- Malta
Maltese literature -- Study and teaching (Graduate) -- Malta
Maltese language -- Research
Maltese literature -- Research
Editorials
Issue Date: 2025
Publisher: University of Malta. Faculty of Arts. Department of Maltese in collaboration with Malta University Press
Citation: Grima, A. (2025). Komunità tal-kelma [Daħla editorjali]. Qabelxejn, 1, 4-8.
Abstract: F’Novembru tal-2024, waqt li konna qed naħdmu fuq din l-ewwel ħarġa ta’ Qabelxejn, għalqu tliet snin l-Appuntamenti mar-Riċerka, is-seminars regolari tal-istudenti postgradwatorji tad-Dipartiment tal-Malti. Tliet snin ta’ diskussjonijiet, taħditiet, konferenzi, irtiri tal-kitba, u deliberazzjonijiet. Meta tħares lejn spazju miftuħ imma magħżul bħal dan, hemm affarijiet li mhux faċli tarahom mill-ewwel. Għax is-sens ta’ komunità, ta’ inkoraġġiment reċiproku, ta’ tħabrik biex ir-riċerkaturi joħorġu bl-aqwa xogħol possibbli ma tistax tikkwantifikah, ma tistax tniżżlu f’tabella u tagħtih kulur biex jispikka jew tiċċelebrah b’ċertifikat. Il-ħolqien ta’ komunità ta’ riċerka joffri lir-riċerkaturi fil-livell tal-Masters u d-Dottorat spazju miftuħ u fl-istess ħin esklussiv, li fih jistgħu jitkellmu fuq kwistjonijiet marbutin mar-riċerka tagħhom u jisimgħu fuq ir-riċerka ta’ xulxin. Spazju li d-Dipartiment tal-Malti qatt ma kellu.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/136525
Appears in Collections:Qabelxejn (2025) - Ħarġa 01

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Komunita tal-kelma Daħla editorjali 2025.pdf163.93 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.