Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/136921| Title: | Drammi |
| Authors: | Friggieri, Joe |
| Keywords: | Maltese literature -- 20th century Maltese drama -- 20th century |
| Issue Date: | 1989 |
| Publisher: | Publikazzjonijiet Indipendenza |
| Citation: | Friggieri, J. (1989). Drammi (Plays), Malta: Publikazzjonijiet Indipendenza. |
| Abstract: | X'inhu għalija t-teatru? Pont bejn il-loġika u l-immaġinazzjoni u mezz biex nuri l-użu u s-siwi tat-tnejn. Bir-raġuni l-bniedem jibni argument, janalizza problema, jifli ġrajja u jgħaddi ġudizzju fuqha. 81-immaġinazzjoni joħloq stejjer ġodda, sitwazzjonijiet fittizji, li jgħinuh jifhem aħjar. Għalhekk mhi xejn ħaġa rari li l-fifosfi jirrakkuntaw l-istejjer. It-teatru, meta jirnexxi, jagħmel opra ta' salvataġġ. Jaqla' episodju minn taħt ir-radam ta' ġrajjiet li jsawru l-ħajja ordinarja, jeħilsu miċ-ċparta' l-anonimitàu jagħmlu aħbar. Bħall-gazzetti, ir-radju u t-television. Bid-differenza li fit-teatru dan l-episodju jista' jibqa' jiġi ripetut, rappreżentat mill-ġdid, mingħajr ma jeqdiem - mingħajr ma jehda li jkun aħbar. Ftit issib diskors bejn il-bnedmin li jkun meħlus għalkollox mid-dell ta' l-ambigwità. Saret drawwa llum li nitkellmu dwar il-komunikazzjoni · bħala xibka jew għanqbuta. It-tnejn għandhom ħabta jħabblu . lil dawk li jinqabdu fihom. Dawn id-drammi tawni l-opportunità nħoll ix-xoqqa ħajta ħajta, u nuri lill-ispettatur jew lill-qarrej kif tinħadem in-nisġa tar-relazzjonijiet bejn il-bnedmin. Bejn l-ewwel żewġ drammi hemm rabta li dehritli ċara ħafna wara li ktibthom. Qabel xejn fil-forma. Fit-tnejn nagħmel użu mill-elementi tat-'thriller'/'detective story', ġeneru li, fl-aħjar tiegħu, iqajjem għadd ta' problemi li jitolbu soluzzjoni. u joħloq kurżità f'min qed jara, jaqra jew jisma', sakemm tinstab. Dawn l-elementi ta' stennija, suspense', rivelazzjoni ·gradwali tal-fatti, ilkoll juru l-bżonn fondamentali tal-bniedem li jiskopri l-verità; u jien nużahom bħala għodda biex nesplora żewġ temi ewlenin: l-intriċċi tal-korruzzjoni politika (forma oħra ta' gideb) u l-mod kif jaħdem moħħ dawk li jwettquha jew jinqabdu fiha (Il-Kompliċi); u l-istrateġiji komplessi li jinqdew bihom in-nisa u l-irġiel fil-manipulazzjoni ta' sitwazzjonijiet diffiċli li minnhom xi ħadd irid joħroġ tellief (Kafe Chagall u Il-Kompliċi). |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/136921 |
| Appears in Collections: | Scholarly Works - FacArtPhi |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Drammi_1.pdf Restricted Access | 2.25 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
