Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/136922
Title: Mid-djarju ta’ Sara
Authors: Friggieri, Joe
Keywords: Maltese literature -- 20th century
Maltese drama -- 20th century
Issue Date: 1998
Publisher: Merlin Library Ltd.
Citation: Friggieri, J. (1998). Mid-Djarju ta’ Sara (From Sara’s Diary). Malta: Merlin Library Ltd.
Abstract: It-taħlita bejn il-politika u s-sess hi taħlita splusiva, kif jaf kulmin isegwi l-aħbarijiet. X'għandhom in komuni John Profumo, Jeremy Thorpe, Bill Clinton, David Mellor u Robin Cook? Kollha kellhom relazzjonijiet sesswali li ġabuhom fl-inkwiet. Kollha qajmu skandlu. Kollha servew biex jimtlew kilometri sħaħ ta' karta stampata u sigħat ta' programmi fuq ir-radju u t-television. Din m'hix l-ewwel darba li trattajt dan is-suġġett. Splorajt l-istess territorju fl-att uniku Il-Kompliċi, li nħadem erba' darbiet. Il-Kompliċi kien ambjentar Sqallija. L-istorja tad-dramm Mid-Djarju ta' Sara sseħħ Malta, illum. Il-protagonist, minbarra li kien is-segretarju ta' partit politiku, huwa professur ta' l-Istudji Politiċi fl-Università. L-intriċċi għalhekk m'humiex biss intriċċi politiċi, imma wkoll intriċċi akkademiċi. Ridt ngħaqqad żewġ dinjiet fi storja wahda u nuri r-rabta u x-xebh bejn dak li jiġri fit-tnejn. Ikolli nistqarr li sibtha diffiċli ħafna biex insib kumpanija teatrali li kienet lesta biex tippreżenta dan id-dramm. lngħatawli żewġ raġunijiet għal dan. L-ewwel, li fih ħafna karattri. It-tieni, li jittratta temi politiċi "kontroversjali". L-ewwel raġuni nifhimha, it-tieni waħda le. Lilna l-awturi Maltin jikkritikawna li ma niktbux fuq problemi attwali, li naħarbu suġġetti "sħan". Imbagħad meta xi ħadd jikteb xi ħaġa hekk, il-kumpaniji jibżgħu minnha. Lesti li ntellgħu xogħlijiet barranin li jittrattaw problemi attwali b'mod dirett, imma meta jkollna xogħol bil-Malti ambjentat f’Malta tal-lum, fuq stejjer li nisimgħu bihom kuljum, b'karattri (fittizji) Maltin, qisna nibżgħu minnu. It-teatru Malti ma jistax ikun teatru ħaj jekk nibqgħu niddistakkaw ruħna mis-soċjetà li qed ngħixu fiha.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/136922
ISBN: 9990911096
Appears in Collections:Scholarly Works - FacArtPhi

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Mid_djarju_ta_Sara.pdf
  Restricted Access
3.02 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.