Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/136927| Title: | It-tulipan l-iswed : u drammi oħra qosra għat-tfal u ż-żgħażagħ |
| Authors: | Friggieri, Joe |
| Keywords: | Maltese drama -- 20th century Maltese literature -- 20th century |
| Issue Date: | 2004 |
| Publisher: | Progress Press |
| Citation: | Friggieri, J. (2004). It-Tulipan l-Iswed u drammi oħra qosra għat-tfal u ż-żgħażagħ. Malta: Progress Press. |
| Abstract: | Bil-pubblikazzjoni ta' dawn id-drammi għat-tfal u ż-zgħażagħ, nixtieq li jimtela vojt li ilu jinħass ħafna, l-aktar fl-iskejjel, fejn tidħol l-attività drammatika. li-kapijiet ta' l-iskejjel, l-għalliema tad-drama, l-organizzaturi tas-serati kulturali jew ta' jum il-premjazzjoni, kollha jgħidulek kemm isibuha diffiċli jsibu drammi qosra bil-Malti miktubin apposta għall-istudenti, fuq suġġetti li jinteressawhom mill-qrib, b'sitwazzjonijiet li jixbhu lil dawk li jsibu ruħhom fihom kuljum, bi djalogu li jsegwi r-ritmu naturali ta' kif jitkellmu bejniethom, b'karattri li jistgħu jidentifikaw magħhom fil-pront, u li għalhekk jistgħu jinħadmu minnhom stess mingħajr ma jħossuhom skomdi jew artifiċjali. Id-drammi It-Tulipan l-Iswed, Fergħa Niexfa, Matti, Fuq Binġemma u L-Għanja taf-Weraq - kollha drammi b'element qawwi ta' fantasija - dehru għall-ewwel darba fl-1971 fl-ewwel ħames ħarġiet tar-rivista Sagħtar, rivista kulturali għall-istudenti ta' l-iskejjel sekondarji, li meta bdiet kienet toħrog kull xahrejn. Fil-bord editorjali dak iż-żmien kien hemm jien, Mario Azzopardi, Oliver Friggieri u Frans Sammut. li-'play' L-Għanja taf-Pasturi ktibtha fl-1983 għat-tfal ta' Grade 3 tal-kulleġġ Stella Maris tal-Gżira, fuq talba ta' l-għalliema tagħhom, Mrs Myriam Zammit, li kienet għalmithielhom u wasslithom biex jaħdmuha fis-sala ta' l-iskola fi żmien il-Milied. Kien ta' pjaċir kbir għalija nara tfal ta' dik l-età jirreċtaw b'tant ħila u enerġija. lx-xogħlijiet l-oħra li hawn f' dal-ktieb, minbarra l-aħħar wieħed, huma kollha 'sketches' umoristiċi li nħadmu mill-istudenti u l-għalliema tal-Kulleġġ San Alwiġi, taħt it-tmexxija ta' Teresa Friggieri, waqt is-serati kulturali u ta' divertiment li l-kulleġġ jorganizza kull sena. Xogħol bla waqfien biex dawn is-serati jmorru tajjeb isir mhux biss minn dawk kollha li jieħdu sehem fihom, imma wkoll mill-organizzaturi, l-aktar mill-promotur ewlieni, Fr Anthony Cilia. Is-suċċess li kellhom dawn is-serati għen mhux ftit biex jinġabru l-fondi ħalli jkunu jistgħu jitwettqu l-ħafna inizjattivi u proġetti ġodda li daħal għalihom il-kulleġġ f'dawn l-aħħar snin. L-aħħar xogħol f'din il-ġabra twieled f'Sagħtar f'Diċembru 1971 u baqa' jikber u jinbidel matul is-snin, sakemm ħa sura differenti ħafna minn dik oriġinali, mhux biss fit-tifsila imma wkoll fil-ħsieb. Għalkemm il-verzjoni mogħtija hawnhekk hi dik tar-radjudramm, Milied ieħor inħadem kemm-il darba fuq il-palk u f'xi knejjes minn diversi għaqdiet. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/136927 |
| ISBN: | 999093083X |
| Appears in Collections: | Scholarly Works - FacArtPhi |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| It_tulipan_l_iswed.pdf Restricted Access | 4 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
