Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/137019| Title: | Yves Congar OP : ispirazzjoni għat-tiġdid tal-knisja |
| Authors: | Buttigieg, Dorianne |
| Keywords: | Congar, Yves, 1904-1995 Congar, Yves, 1904-1995 -- Criticism and interpretation Church renewal -- Catholic Church Ecumenical movement Christian union -- Catholic Church |
| Issue Date: | 2023-09 |
| Publisher: | Pubblikazzjonijiet Dumnikani |
| Citation: | Buttigieg, D. (2023). Yves Congar OP : ispirazzjoni għat-tiġdid tal-knisja. Knisja 2000, 145, 49-57. |
| Abstract: | Introduzzjoni: l-Għeruq tal-ħsibijiet ta’ Congar Yves Marie-Joseph Congar OP jista’ jitqies bħala wieħed mill-aqwa teoloġi tas-seklu għoxrin. Imwieled fl-istess sena mat-teoloġi influwenti Karl Rahner, Bernard Lonergan u John Courtney Murray fl-1904, ħadem kemm felaħ fejn jidħol it-tiġdid teoloġiku fi Franza wara t-Tieni Gwerra Dinjija u kien protagonist ewlieni fil-Konċilju Vatikan it-Tieni. Congar jista’ jitqies kemm bħala espert tal-istorja, u kemm espert fil-Patristika u teologu, bħal Henri de Lubac. Il-Kardinal Avery Dulles, infatti, jistqarr li l-Konċilju Vatikan it-Tieni jista’ jissejjaħ bħala l-Konċilju ta’ Congar. It-temi fid-dokumenti prinċipali tal-Konċilju, kollha b’xi mod jew ieħor, jixhdu għall-influwenza ta’ Congar. Fost dawn insibu l-ekumeniżmu, l-ekkleżjoloġija, il-pnewmatoloġija, ir-rivelazzjoni, is-saċerdozju u l-lajkat. Congar kien imħeġġeġ speċjalment mill-pastorali tiegħu. Infatti, għalkemm sofra l-konsegwenzi tat-Tieni Gwerra Dinjija u għamel żmien priġunier tar-reġim Nazista, hu jistqarr li dan kien żmien li għen lilu bħala qassis, jagħmel kuntatt ma’ lajċi, ma’ Protestanti u anke ma’ nies mingħajr twemmin. Mingħajr dubju, din l-esperjenza kompliet issaħħaħ il-viżjoni u t-teoloġija wiesgħa tiegħu. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/137019 |
| Appears in Collections: | Scholarly Works - FacThePTL |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Yves_Congar_OP_ispirazzjoni_għat-tiġdid_tal-knisja_2023.pdf Restricted Access | 283.16 kB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
