Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/137020
Title: Il-Konċilju Vatikan l-Ewwel u l-Konċilju Vatikan it-Tieni : ermenewtika ta’ kontinwità
Authors: Buttigieg, Dorianne
Keywords: Vatican Council (1st : 1869-1870 : Basilica di San Pietro in Vaticano)
Vatican Council (2nd : 1962-1965 : Basilica di San Pietro in Vaticano)
Faith -- Biblical teaching
Hermeneutics -- Religious aspects -- Catholic Church
Ecumenical movement
Issue Date: 2024-09
Publisher: Pubblikazzjonijiet Dumnikani
Citation: Buttigieg, D. (2024). Il-Konċilju Vatikan l-Ewwel u l-Konċilju Vatikan it-Tieni : ermenewtika ta’ kontinwità. Knisja 2000, 149, 57-67.
Abstract: Ħafna drabi l-aktar żewġ konċilji riċenti, il-Konċilju Vatikan l-Ewwel u l-Konċilju Vatikan it-Tieni, huma meqjusa bħala kuntrastanti. Forsi saħansitra jista’ jingħad li l-approċċ lejn il-moderniżmu jew il-post moderniżmu min-naħa taż-żewġ konċilji huwa antitetiku għall-aħħar. Qabel ngħaddu għall-analiżi sħiħa tal-Konċilju Vatikan l-Ewwel u l-Konċilju Vatikan it-Tieni, nixtiequ nisiltu riflessjoni permezz ta’ żewġ epiċi letterarji. Dawn huma Moby Dick ta’ Herman Melville u One Hundred Years of Solitude ta’ Gabriel Garcia Marquez. Dawn iż-żewġ narrativi, kompletament differenti fl-istil letterarju (fejn, madankollu, stil jibni fuq l-ieħor fejn naraw li tal-ewwel huwa mibni minn kumplessità narrativa mimlija simboliżmu u allegoriji, filwaqt li t-tieni rumanz jagħmel użu minn realiżmu maġiku esplorat b’mod ċikliku), jesploraw mistoqsijiet eżistenzjali. Huwa f’dan l-ambitu li wieħed għandu jara r-relazzjoni bejn iż-żewġ konċilji. Il-Konċilju Vatikan it-Tieni ma kienx ikun possibbli mingħajr il-Konċilju Vatikan l-Ewwel. Huwa wkoll importantissimu li wieħed jara d-dinamiżmu bejn il-Konċilji u r-realtajiet storiċi u soċjali ta’ madwarhom li ħallew impatt kbir fuq l-istess Konċilji u d-direzzjoni ta’ kull wieħed minnhom.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/137020
Appears in Collections:Scholarly Works - FacThePTL

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Il-Konċilju_Vatikan_l-Ewwel_u_l-Konċilju_Vatikan_it-Tieni_ermenewtika_ta’_kontinwità_2024.pdf
  Restricted Access
305.36 kBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.