Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/137604| Title: | Il-Kristoloġija tal-Evanġelju skont San Ġwann |
| Authors: | Micallef, Martin |
| Keywords: | Bible. John -- Criticism and interpretation Jesus Christ -- Person and offices Catholic Church -- Doctrines Christianity |
| Issue Date: | 2025-06 |
| Publisher: | Publikazzjonijiet Dumnikani |
| Citation: | Micallef, M. (2025). Il-Kristoloġija tal-Evanġelju skont San Ġwann. Knisja 2000, 152, 19-32. |
| Abstract: | Huma ħafna l-istudji dwar l-Evanġelju skont San Ġwann, xhieda tal-interess kbir li bosta wrew u għadhom juru f’dan “l-Evanġelju Spiritwali.” F’dawn l-istudji nsibu analiżi tal-karattri li jissemmew f’dan l-Evanġelju; tat-temi u s-simboli użati f’din in-narrattiva; analiżi dwar l-istruttura ta’ dan l-Evanġelju; tagħrif dwar l-isfont Lhudi ta’ ħafna mill-ideat u kunċetti li jissemmew, bħalma huma l-festi u l-istituzzjonijiet Lhud li l-Evanġelista San Ġwann isemmi, inkluż it-Tempju u l-‘Lhud’ bħala kategorija tat-teoloġija li tissemma f’rabta mad-‘dinja,’ biex nirreferu biss għal xi wħud. Dan kollu iżda jintrabat ma’ dak li tassew jagħti karattru uniku lil dan l-Evanġelju: il-Kristoloġija li tisboq bil-bosta dak li naqraw fl-Evanġelji Sinottiċi. Sa mill-bidu nett tal-istorja tal-Knisja, il-Kristoloġija tar-Raba’ Evanġelju kienet fil-qalba tad-dibattiċi li waslu biex minn naħa tiġi definita d-duttrina tat-Trinità, b’mod speċjali dik dwar il-persuna ta’ Ġesù, u min-naħa l-oħra biex jiġi identifikat tagħlim żbaljat li l-Knisja qisitu bħala ‘eretiku’. F’dan l-istudju sejrin inħarsu lejn xi aspetti tal-Kristoloġija ta’ San Ġwann li tista’ tgħinna napprezzaw aktar is-sbuħija u l-profondità tal-ħsieb tar-Raba’ Evanġelista. L-għan tagħna mhuwiex li nagħmlu espożizzjoni eżawrjenti tas-suġġett. Fuq dan inkiteb ħafna. L-għan ta’ dan l-istudju huwa pjuttost wieħed modest li jgħin lill-qarrejja kif għandhom jaqraw u jippruvaw jifhmu xi ftit aħjar il-ħsieb tar-Raba’ Evanġelju. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/137604 |
| Appears in Collections: | Scholarly Works - FacTheSC |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| IlKristoloġija_talEvanġelju_skont_San_Ġwann_2024.pdf Restricted Access | 382.52 kB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
