Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/139093| Title: | Id-dimensjonijiet figurattivi u intertestwali tal-mara f’Achille Mizzi |
| Authors: | Deguara, Leana (2025) |
| Keywords: | Mizzi, Achille, 1939- -- Criticism and interpretation Maltese poetry -- 20th century Women in literature Intertextuality |
| Issue Date: | 2025 |
| Citation: | Deguara, L. (2025). Id-dimensjonijiet figurattivi u intertestwali tal-mara f’Achille Mizzi (Bachelor's dissertation). |
| Abstract: | Din it-teżina tiffoka fuq il-mod kif Achille Mizzi jiddeskrivi lill-mara fil-poeżiji tiegħu, billi juża bini figurattiv u referenzi għal testi oħra magħrufa. L-istudju jinvestiga kif, permezz ta’ dawn it-tekniki, il-mara tidher mhux biss bħala individwa konkreta iżda wkoll bħala figura simbolika u universali. Il-poeta joħloq diversi rappreżentazzjonijiet tal-mara – bħala omm, qaddisa, mara, sieħba kożmika, jew karattru mitoloġiku – li juru kemm il-femminilità tista’ tkun multidimensjonali u toffri tifsiriet profondi. It-teżina tagħti attenzjoni speċjali lill-użu ta’ metafori, similitudnijiet u analoġiji li Mizzi juża biex jagħti lill-mara dehra li tinkorpora kemm elementi tradizzjonali kif ukoll dawk Modernisti. Dan l-insiġ ta’ simboli klassiċi ma’ elementi kontemporanji, bħal dawk xjentifiċi u teknoloġiċi, juri kif l-immaġni tal-mara titkabbar b’rabta ma’ testi storiċi bħall-Bibbja, u l-mitoloġija. Permezz tal-intertestwalità, il-mara fil-poeżiji ta’ Mizzi ssir figura b’ħafna tifsiriet, b’tifsir allegoriku, analoġiku jew metaforiku li jmur lil hinn minn sempliċi rappreżentazzjoni. L-analiżi tat-teżina tiffoka wkoll fuq kif dawn l-elementi talfiguri stilistiċi u r-referenzi letterarji jissawru flimkien biex jagħtu lill-figura femminili dimensjoni evokattiva li timxi minn esperjenzi individwali għal simboli kollettivi u kulturali. |
| Description: | B.A. (Hons)(Melit.) |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/139093 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2025 Dissertations - FacArtMal - 2025 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| 2508ATSMAL300000017275_1.PDF Restricted Access | 1.5 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
