Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/139094
Title: Analiżi kwantitattiva u soċjolingwistika ta’ ħames gruppi ta’ varjanti fonetiċi-ortografiċi
Authors: Sciberras, Karl (2025)
Keywords: Maltese language -- Phonetics
Maltese language -- Orthography and spelling
Maltese language -- Variation -- Malta
Maltese language -- Social aspects -- Malta
Issue Date: 2025
Citation: Sciberras, K. (2025). Analiżi kwantitattiva u soċjolingwistika ta’ ħames gruppi ta’ varjanti fonetiċi-ortografiċi (Bachelor's dissertation).
Abstract: Il-Malti Standard jinkludi fih numru sostanzjali ta’ kliem li għandu iktar minn manjiera waħda ta’ kif tlissnu u tiktbu. Dawn il-forom differenti li jeżistu għall-istess kelma huma magħrufin bħala ‘varjanti fonetiċi-ortografiċi’. F’din it-teżina, ġbart għadd ta’ varjanti fonetiċi-ortografiċi f’ħames kategoriji, u għal kull par ta’ varjanti li inkludejt fir-riċerka, investigajt liema forma tintuża l-iktar fit-taħdit u l-kitba tal-parteċipanti. Barra minn hekk, minn kull varjant, ħriġt żewġ forom morfoloġiċi u stħarriġthom, sabiex b’hekk, ninvestiga jekk il-parteċipanti jkunux konsistenti fl-għażla tagħhom fiż-żewġ binjiet morfoloġiċi. Studjajt ukoll jekk hemmx xi tendenzi fi ħdan il-varjabbli soċjolingwistiċi tal-lokalità nattiva, l-età u llivell edukattiv. Id-data li kelli bżonn għal dan l-istudju ġbartha permezz ta’ żewġ tipi ta’ kwestjonarjiː wieħed li ġie amministrat b’mod orali, u l-ieħor bil-kitba. Iż-żewġ kwestjonarji kienu indirizzati lill-istess parteċipanti, bil-għan li jiġi studjat jekk hemmx konsistenza minnaħa tagħhom, bejn il-kitba u t-taħdit, fl-għażla tal-varjant. Wara li rranġajt xi nuqqasijiet li ħarġu mill-istudju pilota, għamilt ir-riċerka attwali, u mill-informazzjoni li ġbart, iddiskutejt xi tendenzi li nnutajt għal kull grupp ta’ varjanti li stħarriġt. Imbagħad, qabbilt il-frekwenza ta’ kull varjant, fil-kitba, mal-okkorrenzi tal-istess varjanti fl-MLRS. L-inqas varjabbli soċjolingwistiku li deher li influwenza l-preferenza tal-parteċipanti mill-varjanti li stħarriġt, kien dak tal-lokalità, filwaqt li l-iktar wieħed li affettwa kien dak tal-età.
Description: B.A. (Hons)(Melit.)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/139094
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2025
Dissertations - FacArtMal - 2025

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
2508ATSMAL300000018278_1.PDF
  Restricted Access
5.3 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.