Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/139098
Title: L-iżvilupp tal-karattru femminili fir-rumanz ‘Il-Familja de Valereux’ ta’ Concetta Brincat
Authors: Xuereb, Francesca (2025)
Keywords: Brincat, Concetta, 1871-. Familja de Valereux jew Louis mitluf ġewwa l-bosk -- Criticism and interpretation
Women in literature
Feminist literary criticism -- Malta
Issue Date: 2025
Citation: Xuereb, F. (2025). L-iżvilupp tal-karattru femminili fir-rumanz ‘Il-Familja de Valereux’ ta’ Concetta Brincat (Bachelor's dissertation).
Abstract: Din it-teżina tikkonsisti f’riċerka analitika u interpretattiva dwar Il-Familja de Valereux jew Louis mitluf ġewwa l-Bosk (1919) ta’ Concetta Brincat, xogħol letterarju li għal żmien twil baqa’ mhux magħruf. L-istudju huwa ppreżentat minn perspettiva Femminista, speċifikament fid-dawl tal-Femminiżmu tat-tieni mewġa u tal-prinċipji talgynocriticism żviluppati minn Elaine Showalter, li jiffokaw fuq il-letteratura miktuba min-nisa u l-esperjenzi tagħhom. Barra minn hekk, l-analiżi tintegra l-kontribuzzjoni ta’ Luce Irigaray, li kkritikat l-istrutturi lingwistiċi patrijarkali u enfasizzat ilmarġinalizzazzjoni tal-vuċi femminili. Concetta Brincat, bħala l-ewwel awtriċi Maltija ta’ żewġ rumanzi, tiġi rrevalutata mhux biss għall-importanza storika tagħha, iżda wkoll għall-ħiliet narrattivi li tħaddem, b’mod partikolari fil-binja u l-iżvilupp ta’ karattri femminili kumplessi f’kuntest storiku speċifiku, u permezz ta’ xejriet stilistiċi li jixhdu influwenza Romantika fi żmien iddominat mill-kitba realista. L-analiżi timxi fuq approċċ tan-narratoloġija u l-istudju tal-kontenut, bil-għan li tiġi esplorata l-binja progressiva tal-karattri femminili u r-relazzjoni tagħhom mal-plott. Element fundamentali flistħarriġ hija l-vuċi eterodijaġetika tar-rakkont, biex tiġi analizzata l-kostruzzjoni talidentità femminili. L-istudju, għaldaqstant, se jeżamina kif il-mara tiżvolġi bħala suġġett narrattiv permezz tal-interazzjoni bejn il-vuċi narrattiva, l-iżvolġiment talġrajja, l-ambjent storiku u l-influwenzi tar-Romantiċiżmu, dejjem imfassla minn qafas analitiku Femminista.
Description: B.A. (Hons)(Melit.)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/139098
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2025
Dissertations - FacArtMal - 2025

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
2508ATSMAL300005079888_1.PDF
  Restricted Access
1.34 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.