Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/139099| Title: | Il-figura tal-missier fit-teatru kontemporanju Malti |
| Authors: | Bonavia, Alessia (2025) |
| Keywords: | Maltese drama -- 21st century Fatherhood in literature |
| Issue Date: | 2025 |
| Citation: | Bonavia, A. (2025). Il-figura tal-missier fit-teatru kontemporanju Malti (Bachelor's dissertation). |
| Abstract: | L-istudju dwar il-figura tal-missier fit-teatru Malti Kontemporanju juri kif ilmaskulinità u l-paternità huma kostruzzjonijiet soċjali li jinbidlu skont il-kuntest storiku u kulturali. Minn lenti psikoloġika, teoriji bħal dawk ta’ Freud u Jung jenfasizzaw ir-rabta bejn il-missier u wliedu, b’mod speċjali fir-rigward tal-kunflitti interni li jinbtu millawtorità paterna. Freud, permezz tal-kumpless ta’ Edipu u l-primal horde, juri kif il-missier hu figura dominanti li fl-istess waqt tqajjem rabta ta’ mħabba u tensjoni fiż-żgħar. Jung, min-naħa tiegħu, jenfasizza l-influwenza tal-missier fuq l-iżvilupp individwali tal-karattru. Il-kunċett tal-missier fil-ħolqien ta’ strutturi soċjali jidher kemm fir-reliġjonijiet monoteistiċi kif ukoll fil-miti Griegi. F’Il-Bibbja, Alla jiġi rrappreżentat bħala l-Missier assolut, awtorità li tagħti l-ħajja imma wkoll tinforza r-regoli morali. Simili għal din l-idea, l-allat Griegi bħal Zeus u Kronos huma eżempju tal-missier bħala figura awtorevoli li jikkontrolla u jiddetermina d-destin tal-ulied. Dan jirrifletti l-ideat patrijarkali li l-awtorità maskili mhijiex biss dominanti, imma wkoll inevitabbli. L-analiżi ta’ drammi Maltin bħal Dwar Minorenni, Menopawsi u Muturi High Speed u Tebut Isfar turi kif il-missier jista’ jkun figura kkontestata. Filwaqt li l-awtorità tiegħu tidher bħala assoluta, hemm elementi li juru dgħufija u kunflitti interni li jdgħajfu din il-pożizzjoni. F’Dwar Minorenni, Menopawsi u Muturi High Speed, il-missier juri kwalitajiet narċissistiċi u insigurtà li jwassluh biex jikkompeti ma’ ibnu. Din ir-relazzjoni tixhed mhux biss il-kunflitti psikoloġiċi bejn il-ġenerazzjonijiet imma wkoll id-dgħufija tal-figura maskili fi żmien ta’ kriżi tal-mezzetà. Min-naħa l-oħra, Tebut Isfar jesplora relazzjoni bejn missier u bintu f’sitwazzjoni ta’ vulnerabbiltà emozzjonali, fejn il-missier jinsab f’pożizzjoni fejn is-sens ta’ kontroll tiegħu jiġi kkontestat. B’mod ġenerali, ir-riċerka turi kif il-figura tal-missier fit-teatru Malti Kontemporanju mhijiex waħda monolitika imma pjuttost kumplessa u suġġetta għal bidliet. Filwaqt li t-teoriji psikoloġiċi u soċjali jpinġu l-missier bħala sors ta’ awtorità u kontroll, id-drammi Maltin juru dimensjonijiet aktar sfumati li jikkontestaw din iddominanza. L-istudju jikkonferma li l-paternità hija rifless tal-kundizzjonijiet soċjali u psikoloġiċi tal-epoka, u mhux sempliċement kategorija fissa. |
| Description: | B.A. (Hons)(Melit.) |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/139099 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2025 Dissertations - FacArtMal - 2025 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| 2508ATSMAL300005080116_1.PDF Restricted Access | 1.48 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
