Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/139242| Title: | Il-lakuni f’Lil Hinn mill-Jien ta’ Alex Vella Gera |
| Authors: | Mallia, Maria Christina (2025) |
| Keywords: | Vella Gera, Alex, 1973- . Lil Hinn mill-Jien -- Criticism and interpretation Postmodernism (Literature) -- Malta Narration (Rhetoric) Child sexual abuse by clergy Space in literature Silence in literature Maltese literature -- 21st century |
| Issue Date: | 2025 |
| Citation: | Mallia, M. C. (2025). Il-lakuni f’Lil Hinn mill-Jien ta’ Alex Vella Gera (Bachelor’s dissertation). |
| Abstract: | Din it-teżi tiddiskuti l-funzjoni determinanti tal-lakuni fl-interpretazzjoni ta’ rumanz, speċjalment fil-każ ta’ rumanz Malti Postmodernista. Filwaqt li tħares lejn il-funzjoni tal-lakuni inġenerali, tiffoka fuq rumanzett ta’ Alex Vella Gera, Lil Hinn mill-Jien (2009), bħala eżempju ta’ kif il-letteratura Postmoderna Maltija tipproponi l-lakuni bħala mezz kif il-qarrejja jieħdu sehem fil-ħolqien tan-narrattiva. Il-letteratura ma teżistix mingħajr l-ispazju, il-vojt, jew in-nuqqas ta’ test miktub. Test jista’ jitqies bħala letterarju meta jmur lil hinn mill-espliċitu. L-espliċitu jeħtieġ l-impliċitu, għaliex sabiex tingħad xi ħaġa, hemm ċerti affarijiet li ma jistgħux jingħadu. It-tifsira ta’ test mhijiex magħmula mill-kliem ta’ fuq il-paġna biss, imma wkoll minn dak li nsibu fl-ispazji ta’ bejn il-kliem u s-sentenzi, mill-impliċitu. Huwa biss meta l-qarrejja jimlew dawn l-ispazji li test letterarju jista’ jitwettaq u jieħu l-ħajja. Il-lakuna hija għodda narrattiva li, permezz tagħha, test letterarju jsir ineżawribbli għaliex dejjem jista’ jinqara b’mod ġdid. Għaldaqstant, kull darba li test jinqara, mill-istess persuna jew minn persuna differenti, jitwettaq b’mod differenti. |
| Description: | B.A. (Hons)(Melit.) |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/139242 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2025 Dissertations - FacArtMal - 2025 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| 2508ATSMAL300000016645_1.PDF Restricted Access | 1.49 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
