Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/141164| Title: | Il-mixja tal-kliem fid-dizzjunarji Maltin : analiżi ta’ lemmi marbutin mal-kuluri |
| Authors: | Bezzina, Daniel (2025) |
| Keywords: | Maltese language -- Dictionaries -- History Maltese language -- Lexicography Colors, Words for Color -- Terminology |
| Issue Date: | 2025 |
| Citation: | Bezzina, D. (2025). Il-mixja tal-kliem fid-dizzjunarji Maltin: analiżi ta’ lemmi marbutin mal-kuluri (Master's dissertation). |
| Abstract: | Il-lingwa Maltija hija mogħnija b’bosta dizzjunarji li jeħduna lura iktar minn tliet mitt sena, ilkoll bl-istorja tagħhom. Dawn l-għejun huma importanti fl-oqsma tal-lingwistika storika u tal-lessikografija ladarba l-kitba bil-Malti damet ma rrankat u għandna għadd limitat ta’ kitbiet storiċi. Dan huwa l-ewwel studju li jħares lejn erbatax-il ġabra Maltija mifruxa fuq medda twila ta’ żmien u jqabbel it-tagħrif u l-attestazzjonijiet li jingħataw. Biex jintlaħaq dan l-għan hemm kampjun ta’ 206 lemmi marbutin mat-tema tal-kuluri. L-isfond tad-dizzjunarji huwa importanti biex nifhmu l-kuntest li ssawru fih u l-preparazzjoni tal-awturi rispettivi. Jgħinna wkoll norbtuhom u nqabbluhom flimkien filwaqt li napprezzaw l-istorja intrikata tagħhom. Kelli bżonn nistabbilixxi sistema biex niġbor l-attestazzjonijiet mid-dizzjunarji u nippreżentahom b’mod aċċessibbli biex ikunu jistgħu jiġu analizzati. Għalhekk, ħejjejt żewġ metodoloġiji: waħda msejsa fuq is-sejbiet tal-kliem fid-dizzjunarji u l-oħra fuq it-tifsir dettaljat li jingħata għal dak il-kliem. Ninkludi wkoll spjega tal-proċess li wassalni biex bnejt il-metodoloġija. Dan jagħti opportunità biex il-qarrejja jifhmu ċerti deċiżjonijiet u jkun hemm interpretazzjoni wiesgħa u differenti tal-informazzjoni li nistgħu nisiltu minn dawn l-opri. Permezz tal-istudju nagħti analiżi li turi l-utilità u l-importanza ta’ studji komparattivi li jinvolvu taħlita ta’ ġabriet lessikografiċi storiċi u oħrajn riċenti. Insibu tifsiriet li ppersistew maż-żmien u oħrajn li jidhru f’ġabriet individwali jew fi ftit, li, abbażi tal-kelma, joħolqu osservazzjonijiet li jagħtu dawl ġdid lill-istudju tal-lessikografija u l-lingwistika storika. Il-kwalità tat-tagħrif tirrifletti l-għan tad-dizzjunarji kif ukoll tagħmel differenza meta nqabbluhom flimkien. Fuq kollox nuri li hemm potenzjal għal iżjed studju komparattiv marbut mad-dizzjunarji fuq il-passi li nedejt. |
| Description: | M.A.(Melit.) |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/141164 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2025 Dissertations - FacArtMal - 2025 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| 2519ATSMAL509905033847_1.PDF Restricted Access | 2.76 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy | |
| 2519ATSMAL509905033847_2.PDF Restricted Access | 540.43 kB | Adobe PDF | View/Open Request a copy | |
| 2519ATSMAL509905033847_3.PDF Restricted Access | 598.33 kB | Adobe PDF | View/Open Request a copy | |
| 2519ATSMAL509905033847_4.PDF Restricted Access | 545.09 kB | Adobe PDF | View/Open Request a copy | |
| 2519ATSMAL509905033847_5.PDF Restricted Access | 621.4 kB | Adobe PDF | View/Open Request a copy | |
| 2519ATSMAL509905033847_6.PDF Restricted Access | 632.65 kB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
