Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/141478| Title: | Ir-rumanzi dwar is-snin tmenin minn lenti kontemporanja |
| Authors: | Sciberras, Ilona Victoria |
| Keywords: | Azzopardi, Clare, 1977- . Castillo -- Criticism and interpretation Vella Gera, Alex, 1973- . Sriep reġgħu saru velenużi -- Criticism and interpretation Vella, Mark. X’seta’ ġralu lil Kevin Cacciattolo -- Criticism and interpretation Maltese prose literature -- 21st century -- History and criticism Maltese prose literature -- Political aspects |
| Issue Date: | 2024 |
| Publisher: | University of Malta. Faculty of Arts. Department of Maltese |
| Citation: | Sciberras, I. V. (2024). Ir-rumanzi dwar is-snin tmenin minn lenti kontemporanja. Riċerkaturi, 6, 61-71. |
| Abstract: | Dan l-artiklu jittratta n-narrattiva storika kontemporanja, bl-isfond storiku tas-snin tmenin li huwa fundamentali għan-nisġa tar-rumanzi Castillo ta’ Clare Azzopardi, Is-Sriep Reġgħu Saru Velenużi ta’ Alex Vella Gera u X’Seta’ Ġralu lil Kevin Cacciattolo? ta’ Mark Vella. Il-punt tat-tluq għall-istudju kien itteżi ta’ Emanuel Psaila, Is-Snin Tmenin u l-Prożaturi Maltin (2009), li stħarrġet dawn is-snin fil-kuntest tan-narrattiva li nkitbet fiż-żmien attwali minn Oliver Friggieri u Trevor Żahra, u tat ħarsa lejn xi kittieba postdisgħin. Ir-rumanzi storiċi kontemporanji wessgħu d-dimensjoni tal-ħarsa tagħhom minħabba d-dinamika ġdida tas-soċjetà u l-pajjiż. L-analiżi tar-riċerka tiegħi nbniet fuq it-teorija proposta minn Benedict Anderson fil-ktieb Imagined Communities, li n-“nazzjon” huwa komunità immaġinarja. Din l-asserzjoni kellha tiġi modifikata għat-tliet rumanzi studjati minħabba li fir-realtà Maltija, partikolarment fis-snin tmenin, il-kunċett ta’ nazzjon huwa mħallat mal-identifikazzjoni tal-partit, bir-riżultat li l-azzjonijiet tal-karattri huma kkaratterizzati mill-partiġjaniżmu politiku u l-vjolenza politika. Għaldaqstant, dawn il-karattri jixhdu li l-individwi, għalkemm kienu Maltin, aktarx kienu jħossu sens ta’ affinità mal-partit aktar milli man-nazzjon. Fuq kollox, l-artiklu jagħti ħarsa ħafifa lejn aspetti oħra bħall-memorja kollettiva. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/141478 |
| ISSN: | 3005642 |
| Appears in Collections: | Riċerkaturi (2024) - Ħarġa 6 Riċerkaturi (2024) - Ħarġa 6 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Ir rumanzi dwar is snin tmenin minn lenti kontemporanja 2024.pdf | 92.76 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
