Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/141540| Title: | Il-mara tal-antieroj : il-figura femminili u l-iżvolġiment tal-antieroj fil-letteratura moderna |
| Authors: | Fenech, Shannon |
| Keywords: | Antiheroes in literature Women in literature Maltese fiction -- 20th century -- History and criticism Feminism and literature -- Malta Sex role in literature |
| Issue Date: | 2024 |
| Publisher: | University of Malta. Faculty of Arts. Department of Maltese |
| Citation: | Fenech, S. (2024). Il-mara tal-antieroj: il-figura femminili u l-iżvolġiment tal-antieroj fil-letteratura moderna. Riċerkaturi, 6, 7-16. |
| Abstract: | Din ir-riċerka tinkorpora żewġ oqsma kritiċi fil-qasam letterarju; il-qasma bejn il-ġeneri f’relazzjoni mal-karattru antieroj tal-Modernisti. L-ewwel nett, id-dikotomija bejn is-sessi toffri suġġett kritiku ta’ diskussjoni li ilu jippersisti għal numru ta’ snin, tant li diġà jinstab fi wħud mill-aktar testi u rakkonti antiki, bħalma huma l-Bibbja u l-istejjer tal-mitoloġiji differenti. Dan il-ħsieb aktar ’il quddiem fis-snin ġie preżentat fix-xogħlijiet tal-Femminista Simone de Beavouir, li fl-istudju tagħha tosserva kif il-mara ssir ‘l-ieħor’, filwaqt li tgħarbel il-kundizzjonijiet li l-mara kellha toqgħod għalihom, sabiex tissawwar bħala oġġett doċli u sottomess, hekk kif riditha s-soċjetà patrijarkali. Din l-inġustizzja fuq il-mara baqgħet persistenti saħansitra anke fil-letteratura Moderna Maltija minkejja l-pożizzjoni suppost rivoluzzjonarja li kellhom jieħdu l-kittieba ta’ dik l-epoka. L-istudju tiegħi juri li mqar mal-introduzzjoni tal-antieroj fin-narrattiva Maltija, il-mara xorta baqgħet tiġi proposta minn lenti misoġinista li tillimitalha l-ispazju għall-progress filwaqt li takkomoda lis-soċjetà maskilista, għaliex tista’ tinqeda biha għall-vantaġġ tagħha, sabiex b’hekk il-figura maskili tibqa’ bla tebgħa tad-dnub. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/141540 |
| ISSN: | 3005642 |
| Appears in Collections: | Riċerkaturi (2024) - Ħarġa 6 Riċerkaturi (2024) - Ħarġa 6 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Il mara tal antieroj il figura femminili u l iżvolġiment tal antieroj fil letteratura moderna 2024.pdf | 85.75 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
