Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/141966| Title: | “Multiplikazzjonijiet mewwieġa” : it-traduzzjoni ekoloġika marbuta max-xbihat tal-baħar fil- poeżiji kontemporanji Maltin |
| Authors: | Sciberras, Ilona Victoria (2025) |
| Keywords: | Translating and interpreting -- Malta Marine ecology -- Malta Metaphor Climatic changes -- Malta |
| Issue Date: | 2025 |
| Citation: | Sciberras, I. V. (2025). “Multiplikazzjonijiet mewwieġa”: it-traduzzjoni ekoloġika marbuta max-xbihat tal-baħar fil- poeżiji kontemporanji Maltin (Master's dissertation). |
| Abstract: | Din it-teżi tittratta t-Traduzzjoni Ekoloġika u l-Istudji Umanistiċi Blu fil-kuntest lokali, speċjalment fl-era tal-kriżi klimatika. Din tistħarreġ it-traduzzjoni tax-xbihat marbuta mal-baħar u mal-ambjent akkwatiku f’sens wiesa’ biex tipprova timla l-kuxjenza tal-qarrejja b’aktar sensittività ekoloġika madwar il-globu. L-Istudji Umanistiċi Blu ntrabtu mat- Traduzzjoni Ekoloġika għax akkademiċi miż-żewġ dixxiplini bħal Steve Mentz (2024, p. 3-5) u Michael Cronin (2024, p.18) isostnu li l-bidla fl-imġiba tal-bnedmin teħtieġ kollaborazzjoni b’approċċ multilingwi. L-istħarriġ fuq it-traduzzjoni tal-poeżiji kontemporanji sar fuq ix-xogħlijiet ta’ erba’ poeti: Leanne Ellul, Elizabeth Grech, Immanuel Mifsud u Adrian Grima. Intużaw it-traduzzjonijiet għall-Ingliż tal-poeżiji mill-ġabriet L-Inventarju tal-Kamra l-Kaħla ta’ Ellul li ftit mill-poeżiji tagħha ġew tradotti minn Albert Gatt, u bejn baħar u baħar ta’ Grech ġie tradott fil-ġabra Between Seas minn Irene Mangion. Dawn iż-żewġ poeti ma jittrattawx il- kriżi klimatika direttament, iżda ċerti għażliet lingwistiċi li tlaqqagħna magħhom it-traduzzjoni jew it-temi li tipproġetta joħorġu aspetti intriganti fir-relazzjoni ta’ bejn il-bnedmin u l-ilma. Aktar minn hekk, l-istudju ma kienx komparattiv biss, iżda kellu l-element prattiku wkoll minħabba li ġew tradotti sitt poeżiji mill-ġabra Riħ min-Nofsinhar sabiex l-istudju japplika t-teorija li qed jgħaddi, jiġifieri li jibdew jiġu tradotti testi li espliċitament jittrattaw il-kriżi klimatika. Dawn il-poeżiji ntgħażlu għaliex jittrattaw b’mod ċar temi relatati mal-kriżi klimatika, bħaż-żieda fil-livell tal-baħar, l-ispostament tan-nies, u l-konsegwenzi politiċi u emozzjonali tagħhom, u għalhekk joffru bażi b’saħħitha biex tiġi investigata l-possibbiltà tat-traduzzjoni bħala att ekoloġiku. Dan l-istudju jibda bi sfond fuq l-element marittimu fil-kuntest tal-komunità Maltija li jista’ jiġi applikat għal oħrajn, li ħajjithom ntgħaġnet u għadha tissawwar mill-ilma li jiċċirkonda gżirithom. Imbagħad tingħata ħarsa kritika lejn it-teorija akkademika dwar l- Istudji Umanistiċi Blu u t-Traduzzjoni Ekoloġika, li tiġi segwita minn kapitlu fuq it-traduzzjoni tal-metafora li toffri pedament għall-fehim aktar b’saħħtu tat-traduzzjoni tax-xbihat tal-poeżiji. It-tielet kapitlu se jiffoka fuq il-metodoloġija li ntużat biex intgħażlu l-poeti u fuq il-qafas li fuqu ġie bbażat l-istudju. Il-kapitli segwenti se jittrattaw l-analiżi tal-poeżiji li kienu tradotti, u dawk li ġew tradotti għall-għanjiet ta’ dan l-istħarriġ. Finalment, il-konklużjoni se tiġbor il-qofol tal-istudju u turi li t-Traduzzjoni Ekoloġika flimkien mal-Istudji Umanistiċi Blu, għandhom jippermettu lill-prodotti lokali jidwu mal-globu bil-possibbiltà li jagħmlu differenza soċjalment u kulturalment. |
| Description: | M.Trans.(Melit.) |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/141966 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2025 Dissertations - FacArtTTI - 2025 Dissertations - FacICT - 2021 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| 2518ATSTIS509005072203_1.PDF | 2.27 MB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
