Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/142452
Title: Mons. Prof. Karm Sant, il-qassis, eseġeta u traduttur tal-Bibbja
Authors: Sciberras, Paul
Keywords: Sant, Carmelo, 1921-1992 -- Biography
Biblical scholars -- Malta
Bible -- Translating -- Malta
Catholic Church -- Malta -- Clergy -- Biography
Saydon, Pietru Pawl, 1895-1971 -- Criticism and interpretation
Issue Date: 2025
Publisher: University of Malta. Faculty of Theology
Citation: Sciberras, P. (2025). Mons. Prof. Karm Sant, il-qassis, eseġeta u traduttur tal-Bibbja. Melita Theologica, 75(2), 215-232.
Abstract: Aktarx li x-xoqqa li minnha hu minsuġ bniedem toħroġ b’saħħitha f ’kitbietu. L-artikli b’suġġetti bibliċi li kiteb il-Monsinjur Professur Dun Karm Sant u saħansitra t-teżi tad-Dottorat li rriċerka u kiteb fl-Università ta’ Malta għallgrad ta’ Duttur fit-Teoloġija (D.D.) fl-1960 juru rieda pastorali qawwija, nisġa ta’ akkademiku b’qalb ta’ qassis, biex l-Iskrittura, oriġinarjament miktuba bil-Lhudi, l-Aramajk u l-Grieg, tasal għand il-poplu fi lsien li jista’ jifhmu u jomogħdu. San Pawl u l-ħajja tal-familja huwa ktejjeb maħruġ mill-Moviment ta’ Kana fl-1960, fl-okkażjoni taċ-ċentinarju tan-nawfraġju ta’ San Pawl f ’Malta, bi studju ta’ Dun Karm Sant. Hu ktejjeb sempliċi imma jdur kull rokna ta’ dak li jgħid l-Appostlu tal-Ġnus fuq il-familja – minn qabel l-għerusija sa meta jormlu. Fl-1967 ippubblika artiklu fir-rivista tal-Għaqda Studenti tat-Teoloġija, Melita Theologica, fuq l-interpretazzjoni biblika fil-Kostituzzjoni Dommatika tal-Konċilju Vatikan II, Dei verbum (li ħarġet fit-18 ta’ Novembru 1965), ftit iktar minn sena wara li Dun Karm kiseb il-lawrja prestiġjuża ta’ Duttur fix-Xjenzi Bibliċi.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/142452
ISSN: 10129588
Appears in Collections:Scholarly Works - FacTheSC

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Mons Prof Karm Sant il qassis esegeta u traduttur tal Bibbja.pdf175.73 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.