Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/142879| Title: | L-isfidi biex nippromwovu l-paċi f’sitwazzjoni ta’ kunflitti vjolenti |
| Authors: | Attard, Ivan |
| Keywords: | Peace-building -- Religious aspects -- Catholic Church International cooperation Weapons industry Military weapons (International law) Geopolitics -- Religious aspects |
| Issue Date: | 2025 |
| Publisher: | Pubblikazzjonijiet Dumnikani |
| Citation: | Attard, I. (2025). L-isfidi biex nippromwovu l-paċi f’sitwazzjoni ta’ kunflitti vjolenti. Knisja 2000, 37(154), 3-18. |
| Abstract: | Qed ngħixu f’sitwazzjoni fejn il-vjolenza u l-kunflitti qed jinbtu ma’ kullimkien fuq diversi livelli u għal raġunijiet varji, mhux biss bejn Stati, popli, jew alleanzi internazzjonali u militari differenti, iżda wkoll fit-triq, bejn familji, ġirien, partiti u gruppi oħra. F’dawn il-paragrafi se naqsam magħkom xi riflessjonijiet tiegħi dwar dan is-suġġett, u se niffoka primarjament – u mhux biss – fuq il-kunflitti tipiċi li jinqalgħu bejn il-popli. Se nipprova nwieġeb għal dawn il-mistoqsijiet: X’jistgħu jkunu l-kawżi tal-vjolenzi, kunflitti u antipatiji bejn il-popli? X’nistgħu nagħmlu biex nippromwovu l-paċi u l-ġustizzja f’sitwazzjonijiet ta’ tensjoni? Jeħtieġ nagħrfu li kull kunflitt għandu l-istorja tiegħu u għalhekk għandu jiġi kkunsidrat għalih. Huwa diffiċli ħafna li wieħed jifhem il-kumplessità tar-raġunijiet li jwasslu għal vjolenzi u ġlied armat. Għaldaqstant se nispjega fil-qosor ħafna it-tema tan-narrativi li l-mexxejja politiċi jiżviluppaw biex jispjegaw ir-raġunijiet ewlenin għaliex jinsabu f’kunflitt ma’ poplu jew popli oħra. Barra minn hekk, se nipproponi xi għodod li toffrilna l-Knisja Kattolika biex nimxu fit-triq li tiggarantixxi l-ġustizzja, l-iżvilupp sħiħ tal-bniedem u l-ġid komuni, li huma meħtieġa sabiex tinbena l-paċi vera. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/142879 |
| Appears in Collections: | Scholarly Works - FacEMAAcc |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Lisfidi_biex_nippromwovu_lpaċi_fsitwazzjoni_ta_kunflitti_vjolenti_2025.pdf | 325.6 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
