Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/144514| Title: | Il-pajsaġġ lingwistiku fl-Università ta’ Malta u t-taħriġ tal-għalliema |
| Authors: | El Raes, Sumeia (2025) |
| Keywords: | University of Malta Universities and colleges -- Malta Multilingualism -- Malta |
| Issue Date: | 2025 |
| Citation: | El Raes, S. (2025). Il-pajsaġġ lingwistiku fl-Università ta’ Malta u t-taħriġ tal-għalliema (Master's dissertation). |
| Abstract: | L-għan ewlieni ta’ din it-teżi huwa li nagħti stampa kwantitattiva u kwalitattiva talpasjaġġ lingwistiku tal-kampus tal-Università ta’ Malta (UM) fl-Imsida. Bis-saħħa tal-analiżi nislet suġġerimenti kif l-UM, permezz tal-pajsaġġ lingwistiku tagħha, tista’ toffri mudell edukattiv aħjar għall-istudenti-għalliema sabiex ikunu ppreparati għall-multilingwiżmu u lmultikulturaliżmu meta jibdew jgħallmu. In-numru tal-permess li ngħatajt sabiex inwettaq din it-teżi huwa EDUC-2024-00333. Id-dejta tikkonsisti minn ritratti ta’ 2957 tabella madwar il-kampus, li l-ewwel nanalizzahom skont it-tip ta’ tabelli, il-lingwi li huma miktubin bihom, u jekk humiex sinjali uffiċjali (top-down), sinjali mhumiex uffiċjali (bottom-up) jew sinjali b’valur miżjud (value-added), u mbagħad nanalizzahom skont il-materjali tagħhom u l-kuluri użati. Imbagħad, inqabbel ir-rizultati li ħarġu mill-analiżi ma’ dak li hemm miktub fil-politika lingwistika u l-pjan strateġiku tal-UM. Sabiex nuri l-importanza edukattiva tal-pajsaġġ lingwistiku, niddiskuti l-effetti tiegħu fuq kemm l-istudenti-għalliema kif ukoll fuqi bħala studenta partikolari, li jistgħu jkunu konjittivi u emozzjonali. L-ispazji vojta nikkunsidrahom ukoll, u għalhekk, nagħti xi suġġerimenti dwar kif dawn jistgħu jimtlew. |
| Description: | MTL(Melit.) |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/144514 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacEdu - 2025 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| 2518EDUEDU500105071808_1.PDF | 6.29 MB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
