Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/144653
Title: Il-ġrajja tal-laqgħa tal-kittieba tal-Malti (1920)
Authors: Attard, Daniel
Keywords: Għaqda tal-Malti (Universita’)
Maltese language -- 20th century
Maltese literature -- 20th century
Authors, Maltese -- 20th century
Poets, Maltese -- 20th century
Issue Date: 2025
Publisher: University of Malta. Faculty of Arts. Department of Maltese
Citation: Attard, D. (2025). Il-ġrajja tal-laqgħa tal-kittieba tal-Malti (1920). Riċerkaturi, 7, 6-15.
Abstract: Il-proċess tal-istandardizzazzjoni tal-Malti ġie ttrattat minn diversi akkademiċi u kittieba, fosthom Oliver Friggieri, Franġisku Saverju Caruana, Godfrey Zarb Adami u Lawrenz Cachia. F’xogħlijiethom irreferew għall-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti, illum l-Akkademja tal-Malti, li twaqqfet fl-1920 biex tistandardizza l-alfabett u l-ortografija tal-Malti. Bejniethom semmew diversi dati u ġrajjiet importanti li seħħew mit-twaqqif tal-Għaqda sa tmiem il-ħidmiet bikrija tagħha biex tistandardizza l-lingwa, imma kien jonqos li dawn l-istess ġrajjiet jintrifdu bi studju li jqis l-avvenimenti ewlenin tal-pjanifikazzjoni lingwistika ta’ mitt sena ilu minn lenti soċjolingwistika. F’dan l-artiklu se nanalizza t-twaqqif tal-Għaqda skont il-kriterji tal-First Congress (l-Ewwel Kungress) li ħareġ bihom Joshua A. Fishman (1993). Dan se nagħmlu billi nħares lejn is-sitwazzjoni soċjopolitika u letterarja li fiha ġie organizzat l-Ewwel Kungress tal-Malti, insemmi l-avvenimenti li għandhom korrelazzjoni mal-organizzazzjoni tal-kungress, u nelenka r-reazzjonijiet għas-sejħa għall-Kungress u l-ewwel deċiżjonijiet li ttieħdu fl-14 ta’ Novembru 1920, il-ġurnata sinonima mat-twaqqif tal-Għaqda. Se niddiskuti wkoll il-mod kif irriċerkajt biex ġbart l-informazzjoni għat-teżi, xi sfidi li ltqajt magħhom waqt ir-riċerka u xi soluzzjonijiet li għenuni negħleb dawn l-isfidi biex, fl-aħħar mill-aħħar, stajt intemm it-teżi.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/144653
ISSN: 3005642
Appears in Collections:Riċerkaturi (2025) - Ħarġa 7

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Il_ġrajja_tal_laqgħa_tal_kittieba_tal_Malti_1920_2025.pdf32.77 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.