Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/144782
Title: Il-jien fil-ħolqien : l-ispiritwalità ekoloġika fil-poeżiji ta’ Oliver Friggieri
Authors: Agius, Beverly
Keywords: Maltese poetry -- History and criticism
Friggieri, Oliver, 1947-2020 -- Criticism and interpretation
Ecology in literature
Spirituality in literature
Human ecology -- Religious aspects
Issue Date: 2023
Publisher: Akkademja tal-Malti
Citation: Agius, B. (2023). Il-jien fil-ħolqien : l-ispiritwalità ekoloġika fil-poeżiji ta’ Oliver Friggieri. Il-Malti : Rivista tal-Akkademja tal-Malti, 96(1), 1-35.
Abstract: F’dan l-istudju se jiġi mistħarreġ is-sehem integrali tal-Jien fil-ħolqien, jiġifieri, ir-rispons poetiku tal-kelliem jew is-semmiegħ lejn ambjent li huwa naturali daqskemm spiritwali. Xi jfisser li tkun ħlejqa għal Oliver Friggieri? Iċ-ċokon, il-fraġilità, l-insuffiċjenza iżda wkoll ir-rispett, il-qima, u l-ħarsien: dawn ix-xejriet kumplimentari li jikkaratterizzaw il-lirika ta’ Friggieri sikwit jintwerew iwettqu l-kundizzjoni ħlejqija. Skont orjentamenti teoloġiċi tal-filosofija ambjentali diskussi fil-ġabra Being-in-Creation, din il-qagħda — mifhuma bħala d-dipendenza li għandu l-bniedem fuq il-ħlejjaq u fuq il-ħallieq — titlob li wieħed jgħix b’umiltà u f’responsabbiltà lejn il-ħolqien. Il-kwalitajiet elenkati li jsawru din il-kundizzjoni, fil-lirika ta’ Friggieri, jingħarfu ngħidu aħna fl-identifikazzjoni kontinwa tal-kelliem ma’ entitajiet naturali meqjusin insinifikanti: “Jien warda mingħajr isem li tinħasad / minn bidwi aljenat” (“Il-Poeta u l-Politiku”). Iċ-ċirkustanzi daqskemm il-vulnerabbiltajiet infushom ta’ dawn l-oħrajn madwaru, xi minn daqqiet ippersonifikati minnu, jinstigaw fil-Jien sens ta’ dover għall-ħsieb jew il-kura tagħhom.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/144782
Appears in Collections:Library Staff Publications

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Il_jien_fil_ħolqien.pdf
  Restricted Access
378.41 kBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.