Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/145570| Title: | L-użu tas-Salmi fir-Raba’ Evanġelju |
| Authors: | Micallef, Martin |
| Keywords: | Bible. John -- Criticism, interpretation, etc. Bible. Psalms Jesus Christ -- Person and offices Intertextuality in the Bible Typology (Theology) |
| Issue Date: | 2026 |
| Publisher: | Pubblikazzjonijiet Dumnikani |
| Citation: | Micallef, M. (2026). L-użu tas-Salmi fir-Raba’ Evanġelju. KNISJA 2000, 155, 49-56. |
| Abstract: | Sa mill-ewwel żminijiet, l-Insara interpretaw il-persuna u l-ministeru ta’ Ġesù fid-dawl tal-Iskrittura. San Pawl diġà jikteb lill-Insara ta’ Korintu u jgħidilhom li “Kristu miet minħabba dnubietna, skont l-Iskrittura, difnuh u qam mill-imwiet fit-tielet jum, skont l-Iskrittura.” L-Evanġelisti wkoll bnew in-narrativa rispettiva tagħhom fuq din l-istess linja billi inkludew numru ta’ kwotazzjonijiet mill-Iskrittura sabiex isaħħu dak li kienu qed jiktbu fuq Ġesù. L-Evanġelista San Ġwann mhuwiex eċċezzjoni għal dan, hekk kif huwa jinkludi mas-17-il silta li nistgħu nqisuhom bħala kwotazzjonijiet minn dak li l-Insara jsejħulu t-Testment il-Qadim. Dawn il-kwotazzjonijiet huma pjuttost osra u mxerrda man-narrattiva kollha, għalkemm hemm konċentrazzjoni fuq il-kapitli 12 u 19, jiġifieri fir-rakkonti tal-passjoni u l-mewt ta’ Ġesù. Filwaqt li ngħidu dan, ninnutaw kif ħafna minn dawn il-kwotazzjonijiet ma jaqblux kelma b’kelma mal-verżjonijiet tat-Testment il-Qadim li nafu bihom, jiġifieri mat-test Lhudi (MT), u t-test tas-Setwaġinta (LXX). Mhux biss, imma hemm każi fejn l-istudjużi juru li mhumiex ċerti għal liema test partikulari l-Evanġelista kien qed jirreferi meta jikkwota mill-Iskrittura. F’dan l-istudju ser nippreżentaw xi wħud mir-referenzi għas-Salmi li nsibu fin-narrattiva tar-Raba’ Evanġelju. L-għan tagħna mela mhuwiex wieħed eżawrjenti, imma biss biex naraw kif dan l-Evanġelista fehem dak li sab f’dawn is-Salmi u l-mod kif applikahom għall-persuna u l-ministeru ta’ Ġesù. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/145570 |
| Appears in Collections: | Scholarly Works - FacTheSC |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| L_użu_tas_Salmi_fir_Raba_Evanġelju.pdf | 252.46 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
