Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/14700
Title: It-taħdit f’erba’ klassijiet tal-ewwel u t-tieni sena primarja f’Malta u Għawdex
Authors: Farrugia, Owen
Xerri, Sylvana
Keywords: Education, Primary -- Malta
Maltese language -- Dialects -- Malta
Bilingualism -- Malta
Public schools -- Malta
Public schools -- Malta -- Gozo
Education, Primary -- Malta -- Gozo
Maltese language -- Dialects -- Malta -- Gozo
Bilingualism -- Malta -- Gozo
Issue Date: 2016
Abstract: F’din id-dissertazzjoni nanalizzaw is-sitwazzjoni lingwistika li nsibu fis-snin bikrija ta’ żewġ skejjel statali, waħda f’Malta u l-oħra f’Għawdex. Din ir-riċerka saret f’żewġ skejjel differenti fuq medda ta’ sittax-il osservazzjoni ta’ lezzjonijiet differenti li minnhom ġew analizzati tmienja fid-dettall permezz ta’ traskrizzjoni, formola tal-osservazzjoni u persentaġġi tal-kliem użat b’varjetajiet lingwistiċi differenti. Dawn l-osservazzjonijiet saru fil-klassijiet tal-ewwel u t-tieni sena tal-Primarja. Permezz ta’ din l-analiżi nistgħu nikkonkludu li fil-klassijiet statali ta’ Malta ġew użati l-Malti Standard u l-Ingliż fit-taħdit tal-għalliema u listudenti. Min-naħa l-oħra f’Għawdex deher l-użu konsidorevoli tal-Malti Djalettali flimkien mal-Malti Standard u l-Ingliż. Deher ukoll l-element tal-qlib tal-kodiċi fil-klassijiet kollha li osservajna. Sibna wkoll li l-maġġoranza tal-mistoqsijiet li jsaqsu l-għalliema lill-istudenti tagħhom huma dawk tat-tip magħluqa. Dan juri kemm l-istudenti tas-snin bikrija mhumiex jingħataw l-opportunità li jaħsbu fil-fond u b’mod kritiku. Permezz ta’ riżultati kwantitattivi rnexxielna nistabbilixxu kif l-għalliema ddominaw it-taħdit li jsir fil-klassijiet.
Description: B.ED.(HONS)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/14700
Appears in Collections:Dissertations - FacEdu - 2016

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
16BED075.pdf
  Restricted Access
8.88 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.