Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/148179| Title: | Il-larinġa, il-ħalib u Emvin Cremona |
| Other Titles: | Emvin Cremona : bejn storja u miti |
| Authors: | Buttigieg, Noel |
| Keywords: | Cremona, Emvin, 1919-1987 -- Criticism and interpretation Commercial art -- Malta -- History Posters, Maltese -- 20th century Food habits -- Malta Graphic arts -- Malta -- History -- 20th century |
| Issue Date: | 2026 |
| Publisher: | Horizons Publications |
| Citation: | Buttigieg, N. (2026). Il-larinġa, il-ħalib u Emvin Cremona. In S. Grech (Ed.), Emvin Cremona: Bejn storja u miti (pp. 36–49). Qormi: Horizons Publications. |
| Abstract: | Huwa pjuttost stramb li xi ħadd li jispeċjalizza fuq riċerka marbuta mal-istorja u l-kultura tal-ikel f’Malta jiġi mistieden jaqsam ftit ħsibijiet dwar wieħed mill-iprem artisti tas-seklu l-ieħor. Għaldaqstant, dan il-kapitlu mhuwiex ta’ natura kritika artistika jew ta’ riflessjoni fuq il-ħiliet tekniċi ta’ Cremona. Hawnhekk l-interess hu li jingħata l-kuntest ta’ xi xogħlijiet tiegħu u b’hekk naslu biex nifhmu aħjar id-disinn u l-kompożizzjoni tal-istess rappreżentazzjonijiet. L-għan aħħari hu li nkomplu nibnu n-narrativa li fiha Cremona għex, fehem u ħaddem il-ħiliet stilistiċi tiegħu biex għaddielna dokument storiku li jittratta ftit it-tema tal-ikel fil-ħamsinijiet u s-sittinijiet tas-seklu l-ieħor. Hawnhekk se nħarsu lejn żewġ prodotti li kienu jiffurmaw parti integrali mid-dieta kulinari u l-identità Maltija. Dawn il-prodotti kienu għaddejjin minn żviluppi importanti fl-istess żmien meta l-artist innifsu kien beda jistabbilixxi ruħu fix-xena lokali. Bħal xi artisti oħra kontemporanji, Cremona kien kapaċi jwassal il-messaġġ tiegħu b’mod minimali għall-aħħar. Id-disinn tal-qoxra ta’ ċerti pubblikazzjonijiet u reklami ta’ prodotti tal-ikel kienu xhieda ċara tal-ħiliet ta’ Cremona li ‘jgħid’ ħafna bi ftit. Id-disinn, it-teknika u l-ħsieb fl-għażla tal-espressjoni kienet ekonomika u ċara. Bl-istil tiegħu ta’ ‘symbolic impressionism’, l-artist jixhed kif f’xogħlu kien iżjed interessat fl-element spiritwali u psikoloġiku aktar milli l-istat naturali tas-suġġett li kien qiegħed jesponi. Biex nifhmu aħjar it-traġitt tal-ħajja ta’ Cremona se nħarsu lejn ir-rappreżentazzjoni tal-larinġa fi tliet pubblikazzjonijiet differenti. It-tieni tema ddur madwar il-Ġublew tal-Fidda li l-kumpanija li kienet tippastorizza l-ħalib iċċelebrat fl-1963. F’kull każ, l-artist ġie mogħti l-libertà li jesprimi ruħu filwaqt li jinforma lill-pubbliku bl-iżjed mod effettiv. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/148179 |
| ISBN: | 9789918204380 |
| Appears in Collections: | Scholarly Works - FacEMATou |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Il_larinġa_il_ħalib_u_Emvin_Cremona.pdf Restricted Access | 774.93 kB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
