Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/148223
Title: San Ġwann tas-Salib : iċ-ċerv ukoll midrub - il-poeżiji miġbura
Authors: Attard, Glen
Camilleri, Charló
Keywords: John of the Cross, Saint, 1542-1591 -- Poetry
John of the Cross, Saint, 1542-1591 -- Translations into Maltese
Mysticism
Christian poetry, Spanish -- History and criticism
Mysticism -- Catholic Church -- Spain
Issue Date: 2026
Publisher: Horizons
Citation: Attard, G., & Camilleri, C. (Eds.). (2026). San Ġwann tas-Salib : iċ-ċerv ukoll midrub - il-poeżiji miġbura. Malta: Horizons.
Abstract: San Ġwann tas-Salib huwa magħruf bħala wieħed mill-poeti kbar fil-qasam tal-letteratura Spanjola u bħala l-ogħla kittieb talpoeżija mistika, mhux biss fi Spanja iżda madwar id-dinja kollha. Dan l-għarfien ma seħħx f’daqqa. Kritiċi letterarji bħal Menéndez Pelayo għarfu l-karattru smewwi tal-kitba tiegħu, filwaqt li studji ta’ żmienna juru li l-poeżija tiegħu mhix biss espressjoni spontanja ta’ esperjenza mistika, iżda ħidma artistika elaborata b’ħila letterarja tal-għaġeb. L-ewwel kuntatt ta’ Juan de Yepes mal-poeżija aktarx seħħ matul is-snin tal-formazzjoni tiegħu f’Medina del Campo. Minkejja dan, l-ewwel tifsil poetiku tiegħu ma wasalx għandna. Il-fatt li Santa Tereża ta’ Ġesù xerrdet fost il-komunitajiet li waqqfet ilversifikazzjoni bħala mezz ta’ espressjoni spiritwali, kemm għallfesti liturġiċi kif ukoll għar-rikreazzjoni komunitarja, seta’ xpruna lil Ġwanni tas-Salib biex jikteb il-poeżija. Hu x’inhu, Ġwanni wasal biex jifhem li l-lingwaġġ simboliku tal-poeżija kien għodda siewja sabiex, dak li jkun, ifisser l-esperjenza kontemplattiva fir-relazzjoni ma’ Alla. [silta]
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/148223
ISBN: 9789918205493
Appears in Collections:Scholarly Works - FacTheMT

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Iċ-ċerv_ukoll_midrub_-_il-poeżiji_miġbura(2026).pdf
  Restricted Access
12.59 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.