Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/149371
Title: Kif u għaliex Marija ta’ Magdala ġiet marbuta mal-mara midinba
Authors: Micallef, Martin
Keywords: Mary Magdalene, Saint
Mary, of Bethany, Saint
Bible. Gospels -- Criticism, interpretation, etc.
Issue Date: 2026
Publisher: Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta
Citation: Micallef, M. (2026). Kif u għaliex Marija ta’ Magdala ġiet marbuta mal-mara midinba. Leħen l-Art Imqaddsa, 47(233), 24-32.
Abstract: Għal sekli sħaħ, l-Insara fil-Punent qiesu lil Marija ta’ Magdala bħala l-prostituta niedma li ħaslet riġlejn Ġesù bid-dmugħha u xxutatthomlu b’xagħarha, filwaqt li dilkithomlu bi fwieħa li kienet tiswa ħafna flus. Din ix-xbieha ispirat tant pitturi, omeliji u xogħlijiet oħra ta’ letteratura, b’mod li Marija ta’ Magdala saret waħda mill-personaġġi l-aktar maħbuba fit-Tradizzjoni Nisranija. Minkejja dan, meta naqraw b’attenzjoni l-Evanġelju, nibqgħu sorpriżi hekk kif niskopru li l-ebda wieħed mill-erba’ Evanġelisti ma jsejjaħ b’mod espliċitu lil Marija ta’ Magdala bħala prostituta, kif lanqas ma jgħidulna li Marija ta’ Magdala kienet il-mara midinba bla isem li tissemma fl-Evanġelju skont San Luqa. Il-mistoqsija mela tibqa’ kif saret din l-identifikazzjoni u għaliex mal-medda taż-żmien l-Insara bdew iqisu lil dawn iż-żewġ nisa bħala l-istess mara. F’dan l-istudju sejrin nesploraw din il-mistoqsija affaxxinanti permezz ta’ analiżi tat-test bibliku, filwaqt li nfakkru l-Knisja x’qed tgħid illum dwar dan kollu.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/149371
Appears in Collections:Scholarly Works - FacTheSC

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Kif_u_għaliex_Marija_ta_Magdala_ġiet_marbuta_mal_mara_midinba.pdf3.23 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.