Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/149884
Title: Ġesù bħala profeta – anzi xi ħaġa aktar minn profeta
Authors: Micallef, Martin
Keywords: Jesus Christ -- Prophetic office
Jesus Christ -- Name
Jesus Christ -- Person and offices
Prophets in the New Testament
Bible. New Testament -- Theology
Issue Date: 2026
Publisher: Publikazzjonijiet Dumnikani
Citation: Micallef, M. (2026). Ġesù bħala profeta – anzi xi ħaġa aktar minn profeta. Knisja 2000, 157, 77-87.
Abstract: Fit-Tradizzjoni Nisranija li ssib l-għeruq tagħha fil-paġni tat-Testment il-Ġdid, Ġesù ta’ Nazaret huwa muri b’tant titli, fosthom dak ta’ profeta li ġie fid-dinja biex jurina r-rieda tal-Missier. Fil-kuntest Lhudi tal-ewwel seklu, il-profeta ma kienx sempliċiment xi ħadd li jħabbar il-futur, daqskemm xi ħadd li l-missjoni tiegħu kienet li jsejjaħ għall-fedeltà lejn il-Patt. Personaġġi bħal Isaija, Ġeremija u Għamos sfidaw strutturi ta’ inġustizzji filwaqt li ikkundannaw l-ipokrisija ta’ żmienhom, u wissew lill-poplu dwar il-ġudizzju ta’ Alla fuqhom. It-tagħlim ta’ Ġesù joqrob ħafna lejn din it-tradizzjoni. L-enfasi fuq l-indiema, l-imġiba etika, u l-wasla tas-Saltna ta’ Alla jidwu s-sejħat ta’ profeti oħra li ġew qablu. Bħalhom, Ġesù għamel użu minn parabboli u azzjonijiet simboliċi sabiex jikkomunika veritajiet spiritwali aktar profondi, b’mod li pprovoka riflessjoni u oppożizzjoni.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/149884
Appears in Collections:Scholarly Works - FacTheSC

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Ġesù bħala profeta anzi xi ħaġa aktar minn profeta.pdf223.94 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.