Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/150093| Title: | L-immaniġġjar tal-lingwa fl-amministrazzjoni pubblika |
| Authors: | Pace, Thomas (2022) |
| Keywords: | Language policy -- Malta Language planning -- Malta Bilingualism -- Malta Public administration -- Malta Malta -- Officials and employees -- Attitudes |
| Issue Date: | 2022 |
| Citation: | Pace, T. (2022). L-immaniġġjar tal-lingwa fl-amministrazzjoni pubblika (Master's dissertation). |
| Abstract: | Malta ilha snin twal uffiċjalment bilingwi. Hekk insibu wkoll iddikjarat bil-miktub mill1849 fil-kostituzzjonijiet tagħha. Fl-aħħar snin, mal-Malti u l-Ingliż, żdiedet il-Lingwa tasSinjali Maltija bħala t-tielet lingwa uffiċjali. Dan ifisser li t-tliet ilsna għandhom jintużaw fil-ħajja pubblika, bħalma jistqarru wkoll liġijiet oħrajn. Jgħidu li bejn il-kliem u l-fatti hemm baħar jikkumbatti. Il-mistoqsija li jagħmel dan listudju hi dwar jekk dawn id-dispożizzjonijiet legali humiex riflessi tabilħaqq fil-prattika. Jekk nagħtu ħarsa madwarna, il-Malti u l-Ingliż ikunu dejjem preżenti fil-karti uffiċjali li nirċievu? Huma viżibbli t-tnejn fit-tabelli pubbliċi, u jintużaw b’konsistenza fis-servizzi diġitali tad-dipartimenti tal-gvern? F’din it-teżi nistudjaw sewwasew dan. Bis-saħħa ta’ għadd ta’ intervisti ma’ uffiċjali għolja fl-amministrazzjoni pubblika (elite interviewing) naraw l-attitudnijiet u lperċezzjonijiet li għandhom dawn in-nies influwenti fiċ-ċivil fuq il-lingwi u nifhmu aħjar il-kultura u s-sitwazzjoni attwali tal-post tax-xogħol tagħhom fejn jidħol l-użu tal-lingwi uffiċjali fil-komunikazzjoni mal-pubbliku. L-istudju juri li hemm diversi fatturi li jinfluwenzaw l-użu taż-żewġ lingwi fil-pubbliku, bħall-ġrajjiet storiċi u l-qagħda ġeografika, fost l-oħrajn. Fih nistħarrġu l-profil lingwistiku ta’ Malta u ta’ tliet pajjiżi oħra, il-Lussemburgu, l-Iżlanda u l-Irlanda, biex minnhom nisiltu ideat ta’ x’direzzjoni politika tista’ tittieħed lokalment fil-prattika favur l-użu tal-bilingwiżmu bilanċjat fil-pubbliku. |
| Description: | M.A.(Melit.) |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/150093 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2022 Dissertations - FacArtMal - 2022 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| 2319ATSMAL509905008989_1.PDF | 4.88 MB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
