Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/150857
Title: Riħet il-betula
Authors: Camilleri, Charló
Keywords: Maltese fiction -- 21st century
Memory -- Fiction
Stream of consciousness fiction
Psychological fiction
Melancholy -- Fiction
Issue Date: 2026
Publisher: Horizons Publications
Citation: Camilleri, C. (2026). Riħet il-betula. Malta: Horizons Publications.
Abstract: Matteo, min-naħa jgħix bejn it-thewdin u t-treddin li jidwi f’rasu minn moħħ li ma jiqafx, u mill-oħra, il-kuntatt mad-dinja ta’ barra. Ħsibijiet, ħsus u sensazzjonijiet, bħal riħet il-betula, iqajmuh għal tifkiriet mgħoddija, li jgħaddu minn quddiem għajnejh u quddiem il-qarrej mingħajr ordni jew sekwenza. Id-dinja ta’ barra li tibqa’ għaddejja bir-ritmu tagħha, tiżvolġi bħal sottofond għal dak li jgħaddi minn moħħu, u fl-istess ħin tiġi mistħarrġa b’distakk. Ħwejjeġ ta’ kuljum, ġrajjiet storiċi, tbatija siekta, u ħsibijiet moħbija jitfanndu flimkien fi ġrajja meqjusa u melankonika. Huma u jterrqu ma’ Matteo fil-kurituri ta’ moħħu u l-frammenti ta’ ħajtu hawn imniżżla, il-qarrejja mistiedna jħallu dan ir-rumanzett ta’ diqa siekta, jistedinhom biex huma wkoll iħallu ħsibijiet, ħsus u sensazzjonijiet tal-imgħoddi jiġbduhom fid-dinja ġewwinija tagħhom magħġuna minn tifkiriet li jidhru frammentati, imma li jsenslu l-misteru tal-ħajja. Kull wieħed mill-għaxar kapitli jista’ jinqara għalih waħdu, iżda kollha flimkien isenslu ġrajja waħda minsuġa mir-riflessjoni u l-ħsus ġewwinija tal-protagonist.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/150857
ISBN: 9789918204953
Appears in Collections:Scholarly Works - FacTheMT

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Riħet_ilbetula_2026.pdf
  Restricted Access
816.72 kBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.