Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/24206
Title: Il-lingwa letterarja u l-Malti standard
Authors: Friggieri, Oliver
Keywords: Maltese language -- Syntax
Maltese language -- History
Maltese language -- Grammar
Maltese poetry -- 20th century
Romanticism -- Malta
Maltese literature -- 20th century
Issue Date: 1985
Publisher: Upper Secondary School Valletta
Citation: Friggieri, O. (1985). Il-lingwa letterarja u l-Malti standard. Hyphen, 4(6), 247-251
Abstract: Għadu komuni f'Malta I-ħsieb li min jikteb xogħol letterarju jkun qiegħed jagħti wkoll sehem fit-trawwim tal-lingwa. L-egħruq ta' din il-fehma lokali jinsabu fil-mottiv ewlieni li kellhom il-kittieba Maltin mill-bidu tal-moviment lellerarju bl-ilsien nattiv sa flit ilu, jiġifieri li jagħtu bixra serja lill-kitba ta' l-ilsien. B'konsegwenza, minħabba I-programm ta' rikostruzzjoni lingwistika - sintattika u lessikali - l-għan fundamentali tal-Iellerat (l-espressjoni estetika ta' kontenut imġarrab) ingħata importanza sekondarja. Dan ma jgħoddx għall-ilħna kollha, u anqas ma jgħodd għall-bqija bl-istess mod, iħda xhieda tal-fenomenu tinsab fil-fatt li meta spunta d-dibattitu bejn l-awturi kien aktarx dejjem ta' xenta apoloġetika, difiża tal-lingwa u mhux espożizzjoni ta' temperamenti letterarji, idejologiji djalettiċi, jew parteċipazzjoni maħsusa fil-kurrenti Ewropej. Din il-parteċipazzjoni, bla dubju, hi prezenti l-ħin kollu, iżda aktarx awtomatikament, u mhux skond kuxjenza kritika, Hi ħaga iebsa li wieħed jifred minn xulxin l-għan ta' rikostruzzjoni lingwistika u l-għan ta' l-espressjoni letterarja, meta wieħed iqis li l-ġrajja tal-kelma Maltija mħaddma b'arti hi ġrajja li tinfirex fi ħdan il-moviment romantiku TaIjan, jiġifieri m'hix eqdem minn mitejn sena. Bis-saħħa ta' dak li gnħamlu l-poeti u r-rumanzieri tradizzjonali, dawn is-sisien tqiegħdu ftit jew wisq fuq is-sod, u llum l-awtur jista' jħares lejn I-isfida lellerarja b'maturita li I-biċċa I-kbira ta' I-awturi ta' qablu ma setgħux jaslu għaliha. II-polemika għebet, il-lingwaggi letterarji nħolqu, il-kelma standard daħlet u I-perspettivi kulturali ta' I-individwi nfetħu u aġġornaw ruhhom.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/24206
Appears in Collections:Hyphen, Volume 4, No. 6 (1985)
Hyphen, Volume 4, No. 6 (1985)
Scholarly Works - FacArtMal

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Lingwa Letterarja u l-Malti Standard.pdf268.77 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.