Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/24660
Title: Glossarju ta’ termini marbuta mal-apikultura
Authors: Buhagiar, Victoria Christine
Keywords: Bee-culture -- Malta
Bee culture -- Terminology
Insect rearing -- Malta
Issue Date: 2017
Abstract: Dan il-glossarju nkiteb bil-għan ewlieni li jixtarr termini marbutin mal-qasam tal-apikultura, biex b’hekk jiġu pprovduti l-ekwivalenti tagħhom bil-Malti. Sabiex jintlaħaq dan il-għan, laqqajt il-parir ta’ erbgħa u għoxrin naħħal minn lokalitajiet differenti, flimkien mal-parir ta’ esperti min-naħa tal-ilsien Malti. Permezz tal-għajnuna u l-assistenza ta’ dawn il-parteċipanti, ġew analizzati mija u ħamsa u sittin terminu differenti bid-diffikultajiet u l-isfidi individwali tagħhom. Dawn huma diffikultajiet li wieħed irid iħabbat wiċċu magħhom kull meta l-imġiba tat-termini tiġi studjata fl-użu tagħha ta’ kuljum. Hawnhekk naraw kif fatturi bħal età, professjoni, u fuq kollox l-isfond ġenerali tal-kelliema jaf jagħmel ħafna differenza. Fi ħdan din ir-riċerka nistgħu naraw ukoll kif tħaddmu diversi metodi u għodod lingwistiċi sabiex finalment ġew megħluba dawn id-diffikultajiet biex b’hekk intlaħaq il-qbil ippreżentat fid-damma aħħarija. Din ir-riċerka tinqasam f’erba’ taqsimiet ewlenin. L-ewwel kapitlu jikkonsisti f’daħla fejn ħarisna lejn is-sengħa tat-trobbija tan-naħal ġewwa gżiritna, flimkien ma’ aspetti oħra b’rabta mal-qasam tat-Terminoloġija. Fosthom insibu l-istandardizzazzjoni, il-multilingwiżmu fl-Unjoni Ewropea, kif ukoll it-teoriji li jitħaddmu fit-Terminoloġija. It-tieni kapitlu jiddiskuti l-metodoloġija li ġiet imħaddma matul din ir-riċerka, filwaqt li fit-tielet kapitlu insibu l-glossarju maqsum f’seba’ kategoriji ewlenin. F’kull waħda minn dawn it-taqsimiet insibu numru ta’ termini mqassma f’ordni alfabetiku, bit-terminu Ingliż biswit dak bil-Malti. Għal kull wieħed minn dawn it-termini ġiet mogħtija definizzjoni u spjegazzjoni dettaljata tar-raġunament li sar sabiex intlaħqet id-deċiżjoni aħħarija. F’ħafna mill-każijiet ġie mogħti wkoll xi tagħrif fuq ir-riħ li mhux biss jgħin lill-qarrej jieħu stampa iktar sħiħa tal-argument, imma wkoll li jaf ikun ta’ interess għal min jixtieq isir jaf iktar dwar din is-sengħa tant sabiħa. Għal din l-istess raġuni ġew inklużi wkoll numru ta’ stampi, sabiex jagħmluha iktar faċli għall-qarrej li jifhem aħjar kull wieħed minn dawn it-termini fil-kuntest tiegħu. Mill-ġdid, għall-konvenjenza tal-utenti, il-glossarju ġie segwit minn ġabra tat-termini kollha, f’ordni alfabetiku, mill-Ingliż għall-Malti u viċi versa. Fl-aħħar nett insibu l-konklużjoni, fejn naraw id-diffikultajiet u l-limitazzjonijiet ta’ din ir-riċerka, flimkien ma’ possibilitajiet oħra sabiex dan l-istudju jkompli jimraħ. Dan bit-tama li l-użu tal-Malti dejjem jibqa’ jissaħħaħ u jistagħna.
Description: M.A.TRANSLATION
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/24660
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2017
Dissertations - FacArtTTI - 2017

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
17MATTI001 Victoria Buhagiar.pdf
  Restricted Access
23.7 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.