University of Malta

Dissertations - FacArt - 2017

 

Recent Submissions

  • Vella, Sarah (University of Malta, 2017)
    Fin-narrattiva tat-tfal niltaqgħu ma’ għadd ġmielu ta’ ħrejjef li huma marbutin ma’ miti kumplessi. It-tifsir tagħhom jixraq lill-fażi tat-tfulija, b’hekk it-tfal għandhom bżonn sforz kbir ta’ immaġinazzjoni u konċentrazzjoni. ...
  • Spiteri Colombo, Jolene (University of Malta, 2017)
    L-istudju ta’ din it-teżina jiffoka fuq il-mod kif l-element maġiku huwa magħġun mal-ħrejjef Maltin. L-analiżi, għalhekk, tibbaża fuq il-proċediment sopranaturali tal-maġija flimkien ma’ mekkaniżmi letterarji li fuqhom ...
  • Sladden, Rachel (University of Malta, 2017)
    Roald Dahl jgħid li “Jekk trid tasal xi mkien fil-ħajja, trid taqra ħafna kotba”. Ġeneralment ir-rakkont huwa ħaġa li t-tfal jesperjenzaw minn età żgħira. Ħafna drabi f’għamla ta’ kanzunetta jew rakkont li jkun ġej ...
  • Scicluna, Sarah (University of Malta, 2017)
    Din it-teżina tiffoka fuq il-proċess ta’ tibdil fis-soċjetà Maltija kif jirrakkontawh Ġużè Chetcuti u Herbert Ganado fi wħud mix-xogħlijiet tagħhom ambjentati fl-ewwel nofs tas-seklu għoxrin. L-oġġettiv tiegħi hu li nara ...
  • Sciberras, Maria (University of Malta, 2017)
    Din it-teżina tistħarreġ il-modi differenti kif jintwera s-sess fir-rumanz Jutta Heim, l-istrateġiji letterarji li jħaddem Immanuel Mifsud u l-effetti tagħhom. L-ossessjoni bis-sess li għandu l-protagonist, Erik Xerri, ...
  • Sciberras, Dorian (University of Malta, 2017)
    Din it-teżi tippreżenta lil Albert M. Cassola fid-dawl ta’ wieħed mill-ġeneri letterarji magħżula minnu. Huwa jidher bħala xi ħadd li għandu interpretazzjoni talħajja, u bħala kittieb li jiżviluppa l-istil minn rumanz ...
  • Schembri, Maria (University of Malta, 2017)
    F’dawn it-tliet snin li ilni l-Università interessani s-suġġett tas-soċjolingwistika u għalhekk meta ġejt biex nagħżel it-titlu għal din it-teżi, iddeċidejt li nagħmel studju relatat ma’ dan is-suġġett fuq l-ismijiet ...
  • Sant, Elton (University of Malta, 2017)
    It-tema prinċipali f’din it-teżi tiġbor fiha leġġendi Maltin li għandhom x’jaqsmu mal-furbani, il-pirati u t-Torok. Minn mindu kont żgħir kienu jogħġbuni dawn l-istejjer peress li dawn il-kategoriji ta’ nies kienu sikwit ...
  • Said, Rose Marie (University of Malta, 2017)
    Din it-teżi tiġbor fiha analiżi tal-ktieb straordinarju Ġabra ta’ Sigrieti tal-1934. Din ir-riċerka hija parti mir-riċerka li qed issir minn għadd ta’ studenti u studjużi biex tistħarreġ aspetti differenti tal-personalità ...
  • Rodgers, Stephnie (University of Malta, 2017)
    Din it-teżina teżamina l-element komiku fi tliet drammi ta’ Alfred Buttigieg bl-iskop li mhux biss torbot magħhom il-filosofija tal-komiku li fflorixxiet minn żmien il-Griegi, imma wkoll turi li taħt il-qoxra tal-komiku ...
  • Muscat, Nicole (University of Malta, 2017)
    Din it-teżi tiffoka fuq il-figuri tat-taħdit li tħaddmu f’rabta ma’ kontroversji politiċi speċifiċi li żvolġew matul is-snin tal-1986-87. L-għan ta’ din l-analiżi kritika huwa li jintwera kif l-għodod tar-rettorika u ...
  • Mifsud, Gordon (University of Malta, 2017)
    Ix-xogħol tar-radju minn dejjem kien għal qalbi, tant li xtaqt namalgama l-kontribut tiegħi lill-istudju tal-Malti miegħu. Bħal kull professjoni oħra, ix-xogħol ta' deejay fil-qasam tar-radju wkoll għandu reġistru marbut ...
  • Micallef, Dorianne (University of Malta, 2017)
    Il-lingwi jinbidlu, jevolvu u jadattaw skont ċirkustanzi differenti. Eżempju ċar huwa l-Malti – lingwa li minħabba l-kuntatt qawwi li kellha matul is-snin ma’ ilsna differenti tilfet u bidlet xi elementi nattivi u akkwistat ...
  • Mejlak, Daniel (University of Malta, 2017)
    Hekk kif tirfes l-għatba tal-ħanut tal-iskarpan, imnifsejk jimtlew b’riħa qawwija ta’ ġlud, kolla, żebgħa u għeluq. Imbagħad sewwasew fin-nofs tal-ħanut, moħbi qalb l-għodda, makkinarju u kull xorta ta’ oġġett tilmaħ raġel ...
  • Grech, Maria Francesca (University of Malta, 2017)
    Din it-teżi dwar it-tieni antoloġija ta’ novelli ta’ Clare Azzopardi, Kulħadd Ħalla Isem Warajh (2014), tiffoka fuq il-vuċi narrattiva, għaliex fl-istejjer ta’ Azzopardi lvuċijiet huma kumplessi u għandhom funzjoni ...
  • Debattista, Jake (University of Malta, 2017)
    L-għan ta' dan l-istudju hu li nistħarreġ il-polisemija fil-partiċipji attivi u fil-verbi morfoloġikament assoċjati magħhom. Fi kliem ieħor, nanalizza (a) liema sensi tal-verbi għandhom partiċipju attiv marbut magħhom, u ...
  • Cutajar, Kira (University of Malta, 2017)
    Minħabba li huwa wirt l-imgħoddi, il-qawl huwa wkoll bir ta’ kliem arkajk, dak li minn ħafna – tajjeb jew ħażin – hu meqjus bħala l-kliem awtentiku tal-lingwa Maltija. Mal-mixja u l-bidla tas-snin, numru ta’ kliem modern ...
  • Cassar, George (University of Malta, 2017)
    Il-kanzunetta hija artiġjanat tal-mużika u l-kliem li jiżżewġu flimkien u joħolqu espressjoni artistika li toffri sensazzjoni li l-ebda arti oħra mhi kapaċi toħloqha. Dan jixhduh in-numru kbir ta’ kanzunetti li joħorġu ...
  • Caruana, Christabel (University of Malta, 2017)
    Din ir-riċerka tkopri l-element allegoriku fil-ħrejjef ta’ Manwel Magri. Bħal f’ġeneri oħra letterarji, l-allegorija fil-ħrejjef tagħti preżenza konkreta (forma umana, annimaleska, jew anki inanimata) lil kunċett astratt, ...
  • Bonnici, Rosette (University of Malta, 2017)
    L-għan ta' din it-teżi hu li nagħmel ġabra kemm jista' jkun eżawrjenti tal-interjezzjonijiet fil-Malti, nanalizzahom skont il-forma u t-tifsir tagħhom, u nipprova nasal għal definizzjoni bil-karatteristiċi ewlenin ...

View more

Search OAR@UM


Advanced Search

Browse

RSS Feeds