Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/29841| Title: | L-izvilupp tal-kanzunetta Maltija b’tema socjali : b’analizi tar-repertorju tal-kantawtur Walter Micallef |
| Authors: | Cassar, George |
| Keywords: | Music -- Malta -- History and criticism Music -- Social aspects Folk songs -- Malta Micallef, Walter, 1955- |
| Issue Date: | 2017 |
| Abstract: | Il-kanzunetta hija artiġjanat tal-mużika u l-kliem li jiżżewġu flimkien u joħolqu espressjoni artistika li toffri sensazzjoni li l-ebda arti oħra mhi kapaċi toħloqha. Dan jixhduh in-numru kbir ta’ kanzunetti li joħorġu kuljum madwar id-dinja, b’xi wħud minnhom jintlaqtu mill-ewwel u jiksbu suċċess immedjat, u anki n-numru kbir ta’ kunċerti li jsiru kull sena u li jattiraw attendenzi numerużi. Bħala għamla ta’letteratura, il-kanzunetta għandha l-qawwa li tikkomunika mal-kotra u tagħtiha kumment relevanti għaliha. Il-fatt li ħafna nies, speċjalment żgħażagħ, jisimgħu l-mużika l-ħin kollu, anki waqt li għaddejjin b’attvitajiet oħra u mhux biss waqt il-mument ta’ rilassament, u saħansitra jispiċċaw anki jitgħallmu l-lirika bl-amment li jibdew ikantawha fit-thewdin tagħhom, tikkonferma l-impatt qawwi tal-kanzunetta fuq l-udjenza tagħha. Lokalment, dejjem kien hemm interess minn numru mdaqqas ta’ artisti li jesprimu ruħhom bil-kanzunetta, iżda għal raġunijiet diversi, li f’dan l-istudju se nipprova niskopri xi wħud minnhom, dan is-settur tal-arti mhux dejjem tqies fl-istess livelli daqs oħrajn differenti f’Malta stess, anzi xi drabi tqies bħala forma artistika inferjuri u xi drabi anki superfiċjali. Bħall-espressjonijiet letterarji l-oħra, il-kanzunetta tgħaddi wkoll minn movimenti u fażijiet differenti li jixhdu l-kuntesti u s-sitwazzjonijiet kontemporanji. Il-kolonjaliżmu ttardja lil Malta f’ħafna aspetti kulturali. Ngħidu aħna l-kuntest Malti kien temporalment imbiegħed mill-isfidi tal-Moderniżmu Ewropew. Filwaqt li fl-Ewropa l- Moderniżmu beda fis-seklu dsatax, il-Maltin bdew iħaddmuh fit-tieni nofs tas-seklu għoxrin. Dan kien ġara wkoll fir-Romantiċiżmu. F’Malta l-movimenti letterarji dejjem ġew applikati tard f’kuntest differenti minn dawk li kienu bdew fihom fl-Ewropa. Iktar minn hekk, fejn tidħol il kanzunetta, il-Moderniżmu kien iżjed tardiv. F’dan l-istudju se nanalizza kif u għalfejn seħħ dan u fuq kollox x’kien il-frott ta’ dan il-moviment mużikali Malti. Fl-ewwel kapitlu se nagħti ħarsa lejn l-iżvilupp tal-għanja Maltija biex minn għana saret kanzunetta u x’kienu l-kurrenti li din kellha tissielet magħhom matul isseklu għoxrin. Minħabba li, kif semmejt iktar ’il fuq, dan is-settur artistiku lokali tqies inferjuri mill-oħrajn, ftit li xejn saru studji fuq hekk. Manwel Mifsud ippubblika studju fir-rivista “Leħen il-Malti” fl-1990 bit-titlu “Għanja Maltija għal-Lum” li ttratta l-mixja li bdiet mill-għana u waslet sal-kanzunetta. Mifusd ipproduċa wkoll sensiela ta’ programmi tar-radju dwar dan: “Mill-Għana għall-Kanzunetta”. Saru wkoll studji oħra speċifikament dwar l-għana tradizzjonali Malti u anki dwar xogħlijiet ta’ għannejja partikolari. Kien hemm ukoll studju ieħor minn Kurt Slattery dwar il-makkjetta jismu: “Il-Makkjetta: Riċetta Maltija għall-Buri u l-Geddum”. Kien hemm ukoll studju ta’ Noel D’Anastas jismu “A Formula for National Identity from Maltese Pop Songs between the 1950’s and 1970’s” dwar kif il-kanzunetta tat-tieni nofs tas-seklu għoxrin tikxef lidentitàMaltija. Fit-tieni kapitlu se nanalizza l-lirika tal-kantawtur Walter Micallef li huwa wieħed mill-prodotti ta’ dan l-iżilupp fil-kanzunetta Maltija u li se nkun qed nipproponih bħala wieħed mil-liriċisti moderni Maltin ewlenin. Se nkun qed nanalizza wkoll il-maturazzjoni tal-lirika tiegħu matul iż-żmien sal-lum, minħabba li huwa għadu attiv fix-xena mużikali. Dwar il-lirika ta’ Walter Micallef ma nkitbux studji u linformazzjonihija bbażata fuq artikli dwaru fil-gazzetti u intervisti li għamilt kemm miegħu stess kif ukoll ma’ Steve Borg, li kkollabora miegħu biex ħarġu żewġ albums fl-2003 u fl-2007. Minkejja li l-lirika tal-kanzunetta tinkiteb bl-iskop li tinstema’ f’sintonija mal-mużika u mhux biex tkun moqrija biss, u minkejja li ħafna mil-liriċisti jitqiesu bħala sempliċiment versifikaturi iktar milli poeti, xorta nemmen li l-lirika tagħhom jimmeritaha attenzjoni u studju profond. It-tama tiegħi hi li dan l-istudju jikxef iktar il-preġju tal-kanzunetta Maltija u jgħin biex jitqajjem iktar interess f’dan il-ġeneru lokali. B’hekk l-għanja Maltija ma tibqax titqies ta’ livell dilettantesk imma tingħata l-ġieħ li tassew jixirqilha u tikseb irrispett ta’ udjenza usa’ u ta’ min hu responsabbli li jinvesti fiha kemm biex tiġi kkonservata kif ukoll biex tissaħħaħ. |
| Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/29841 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2017 Dissertations - FacArtMal - 2017 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| 17BAMAL007.pdf Restricted Access | 742.96 kB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
