Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/29843| Title: | Kliem diffiċli fil-qwiel Maltin |
| Authors: | Cutajar, Kira |
| Keywords: | Proverbs, Maltese Maltese language -- Archaisms Maltese language -- Obsolete words |
| Issue Date: | 2017 |
| Abstract: | Minħabba li huwa wirt l-imgħoddi, il-qawl huwa wkoll bir ta’ kliem arkajk, dak li minn ħafna – tajjeb jew ħażin – hu meqjus bħala l-kliem awtentiku tal-lingwa Maltija. Mal-mixja u l-bidla tas-snin, numru ta’ kliem modern daħal fil-Malti u ħa post dak ta’ qabel, bil-konsegwenza li xi kliem tal-imgħoddi sar obsolet għax inqata’ mit-taħdit. Tkun tassew ħasra għall-wirt orali Malti li minħabba kelma nitilfu l-qawl kollu. Għalhekk din it-teżina ser tipprova tgħin biex il-kliem diffiċli fil-qwiel ikun imfisser u b’hekk is-sens u l-użu tal-qawl ikun jista’ jiġi restawrat. Indirettament it-teżina tista’ tgħin ukoll biex issaħħaħ il-ħajja u l-użu ta’ kliem li naqqas fl-użu jew qiegħed agunija, u terġa’ tqajjem il-kuxjenza li jkompli jintuża, billi turi s-sens preċiż li jwasslilna f’tant qwiel sbieħ. Xi drabi din ir-restawrazzjoni tkun possibbli għax il-kelma diffiċli jkollha listess għeruq jew forma ta’ kliem li għadu kurrenti. Eż: filwaqt li l-plural ta’ ktieb hu kotba, kien jeżisti l-plural kotob li llum saret kelma obsoleta, imma l-għerq KTB, flimkien mal-kuntest, aktarx iwassal lis-semmiegħ biex jifhem it-tifsira. Għan ieħor tax-xogħol huwa li anke jekk hemm kliem li ma jintużax u jibqa’ ma jintużax, f’sens storiku huwa importanti li nibqgħu nifhmu l-mentalità tal-poplu tagħna kif imfissra fil-qwiel. |
| Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/29843 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2017 Dissertations - FacArtMal - 2017 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| 17BAMAL008 .pdf Restricted Access | 3.33 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
