Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/29846| Title: | Il-polisemija fil-Malti : analizi tal-participju attiv |
| Authors: | Debattista, Jake |
| Keywords: | Maltese language -- Participle Maltese language -- Polysemy |
| Issue Date: | 2017 |
| Abstract: | L-għan ta' dan l-istudju hu li nistħarreġ il-polisemija fil-partiċipji attivi u fil-verbi morfoloġikament assoċjati magħhom. Fi kliem ieħor, nanalizza (a) liema sensi tal-verbi għandhom partiċipju attiv marbut magħhom, u (b) liema jistgħu jkunu l-fatturi lingwistiċi li jiddeterminaw il-formazzjoni tal-partiċipju attiv fil-Malti. F'dan ix-xogħol niffoka fuq il-partiċipji attivi dinamiċi, jiġifieri dawk il-partiċipji attivi verbali li juru moviment bħal riesaq, sejjer, għaddej, ġej, miexi, tielaq, ħiereġ, dieħel, tiela’ u nieżel. L-analiżi fuqhom issir permezz tad-dizzjunarju ta' Aquilina u tat-tielet edizzjoni tal-korpus MLRS. L-ambigwità hi karatteristika lingwistika li tinsab kemm fuq livell lessikali u kemm fuq livell strutturali. Fl-ambigwità lessikali hemm il-polisemija jiġifieri lessema waħda li jkollha tifsiriet differenti li jkunu simili jew relatati ma’ xulxin eżempju: għonq: għonq ta’ bniedem, għonq tal-qmis u l-għonq tal-flixkun. L-omonimija, għalkemm mad-daqqa t’għajn tidher simili tal-polisemija, hi differenti minħabba li din tikkonsisti minn żewġ lessemi li huma għalkollox differenti semantikament imma inċidentalment għandhom l-istess kitba u l-istess tlissin eżempju: ħajt :wall, ħajt :thread . Din id-differenza ta’ bejniethom tidher minn xi karatterisitiċi li jagħżluhom minn xulxin bħall-kategoriji grammatikali u l-etimoloġija. Fil-Malti hemm numru ta’ lessemi li l-grammatiki kklassifikawhom taħt it-terminu tal-partiċipju minħabba li għalkemm huma mnisslin mill-verb, jistgħu jkollhom l-funzjoni ta’ verb, nom u aġġettiv. Fil-Malti l-partiċipju jinqasam fi tnejn: il-partiċipjuattiv (ħiereġ) u l-partiċipju passiv (maħruġ). Il-partiċipju attiv jerġa’ jinqasam fi tnejn: l-istativi bħal kiesaħ, sieket u mielaħ u d-dinamiċi bħal ħiereġ, dieħel u riesaq. F’din it-teżi niffoka fuq id-dinamiċi. Mela, il-partiċipju attiv jista’ juri azzjoni li tkun għaddejja waqt il-mument tat-taħdit (Ġanni dieħel, Pawlu ħiereġ) kif ukoll jintuża biex jiddeskrivi n-nom (Ġanni rieqed, l-ilma kiesaħ). Il-partiċipju attiv jaħdem permezz tal-forom. Hemm għaxar verbi li minnhom jitnissel il-partiċipju attiv dinamiku li huma: daħal - dieħel, ħareġ – ħiereġ, ġie - ġej, mar - sejjer, niżel - nieżel, tela’- tiela’, telaq - tielaq, għadda - għaddej, resaq - riesaq u mexa - miexi. Il-ħsieb ta’ din it-teżi hu sewwasew li ssir analiżi dettaljata bil-kunċett tal-polisemija fuq is-sensi differenti tal-verb u l-partiċipju attiv. |
| Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/29846 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2017 Dissertations - FacArtMal - 2017 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| 17BAMAL009.pdf Restricted Access | 2.19 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
