Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/29866
Title: Il-gens grammatikali li jinghata fil-Malti lin-nomi komposti missellfa mill-Ingliz
Authors: Micallef, Dorianne
Keywords: Maltese language -- Grammar
English language -- Noun
Issue Date: 2017
Abstract: Il-lingwi jinbidlu, jevolvu u jadattaw skont ċirkustanzi differenti. Eżempju ċar huwa l-Malti – lingwa li minħabba l-kuntatt qawwi li kellha matul is-snin ma’ ilsna differenti tilfet u bidlet xi elementi nattivi u akkwistat oħrajn ġodda biex taqdi aħjar il-ħtiġijiet tal-kelliema tagħha. Ta’ spiss meta nitkellmu l-għan ewlieni tagħna jkun li niftiehmu bejnietna u x’aktarx li ma noqogħdux naħsbu dwar minn fejn ġej il-kliem li qed nużaw. Kliem barrani tant integra fil-lingwa tagħna li nużawh daqslikieku kien mill-bidu parti mill-vokabularju ta’ lsienna. Il-Malti tal-lum nistgħu nqisuh bħala riżultat ta’ vjaġġ kontinwu mingħajr ebda waqfa. Meta żewġ lingwi jiġu f’kuntatt jistgħu jinfluwenzaw lil xulxin f’bosta oqsma f’livelli varji fosthom il-lessiku, is-sintassi, il-fonetika u l-fonoloġija li fil-każ tal-Malti huma riżultat ta’ tlaqqim minn ilsna Ewropej li ġew f’kuntatt mal-lingwa tul iż-żmien (Farrugia, 2010, p. 1). Minkejja dan it-taħlit ma’ ilsna differenti, il-qofol talgrammatika Maltija għadu ta’ nisel Għarbi. Kategorija grammatikali importanti fil-Malti hija dik tal-ġens grammatikali – mod ta’ kif wieħed jikkategorizza n-nomi. Waħda mill-iktar sistemi komuni hija dik li tiddistingwi bejn żewġ tipi ta’ ġens; il-maskil u l-femminil. Kien mil-lingwa Għarbija li aħna writna din il-kategorija tal-ġens grammatikali (Farrugia, 2003, p.103). Matul issnin il-Malti ġie f’kuntatt mar-Rumanz bħall-Isqalli u t-Taljan u wara li n-nomi missellfa minn dawn il-lingwi ġew immodifikati fil-Malti, fil-parti l-kbira tagħhom żammew il-ġens grammatikali (maskil jew femminil) li diġà kellhom fil-lingwa oriġinali (Farrugia, 2010, p. 1).
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/29866
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2017
Dissertations - FacArtMal - 2017

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
17BAMAL012.pdf
  Restricted Access
3.6 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.