Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/29867
Title: Il-lingwagg tad-DJ fil-qasam tar-radju
Authors: Mifsud, Gordon
Keywords: Sociolinguistics -- Malta
Code switching (Linguistics) -- Malta
Disc jockeys -- Malta
Issue Date: 2017
Abstract: Ix-xogħol tar-radju minn dejjem kien għal qalbi, tant li xtaqt namalgama l-kontribut tiegħi lill-istudju tal-Malti miegħu. Bħal kull professjoni oħra, ix-xogħol ta' deejay fil-qasam tar-radju wkoll għandu reġistru marbut miegħu. F’konverżazzjoni bejn żewġ deejays tar-radju joħorġu għadd ta’ termini speċjalizzati li jifhmuhom biss kelliema li huma midħla tad-dinja tar-radju, jekk mhux saħansitra tax-xogħol ta' deejay biss. Il-ħsieb ewlieni wara din it-teżina huwa proprju t-tiftix ta’ dan il-lessiku bħala wieħed mir-reġistri fi ħdan l-ilsien Malti. Tentattiv supplimentari ser ikun l-istħarriġ tal-varjazzjoni f’dan ir-reġistru. Minbarra l-elenku tar-reġistru, riċerka f’dan it-territorju teknoloġiku għandha tgħinni mmiss ma’ aspett lingwistiku ieħor li jinteressani immens: l-istudju tal-Malti kontemporanju. Matul is-snin saru diversi teżijiet u studji estensivi dwar kliem ġdid li dieħel fil-Malti mill-għajn tal-Ingliż li jassorbi minnha kontinwament. Għaldaqstant din it-teżina tista’ sservi ta’ tieqa oħra li tixħet dawl fuq il-qagħda lingwistika ta’ lsienna kontemporanjament. L-ispeċifiċità tal-qasam magħżul mhijiex deċiżjoni arbitrarja. Minkejja l-interrelazzjoni bejn deejay tar-radju u deejay tal-klabbs, huma żewġ dinjiet kompletament distinti, mhux sempliċiment minħabba d-differenza fil-format tal-udjenza, iżda wkoll minħabba l-użu tal-apparat u x-xogħol innifsu. Filwaqt li l-attenzjoni tad-deejay f’kuntest radjofoniku jeħtieġ tinqasam bejn l-għażla tal-mużika u t-teknika fit-twassil tal-kontenut mitkellem, deejay f’kuntest ta’ diskoteka jiffoka biss fuq it-taħlit sfiq tad-diski, quddiem udjenza preżenti li toffri rispons istantanju. Preżentament ir-rikonoxximent ta’ din id-distinzjoni qed isir sal-punt li hawn min isostni li deejay li jaħdem fir-radju għandu jissejjaħ biss preżentatur, b’tidjiq semantiku għat-terminu li jsir jirriferi biss għal dak li jimmiksja fil-klabbs. B’dawn il-fatturi f’moħħi għażilt li niffoka speċifikament fuq qasam minnhom, iżda nkopri kwalunkwe terminu relatat max-xogħol ta’ deejay li jirnexxili niġbor.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/29867
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2017
Dissertations - FacArtMal - 2017

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
17BAMAL013.pdf
  Restricted Access
1.86 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.