Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/29889| Title: | Is-sigrieti ta’ Juan Mamo mikxufa |
| Authors: | Said, Rose Marie |
| Keywords: | Mamo, Gwann, 1886-1941 -- Criticism and interpretation Mamo, Gwann, 1886-1941. Gabra ta' sigrieti |
| Issue Date: | 2017 |
| Abstract: | Din it-teżi tiġbor fiha analiżi tal-ktieb straordinarju Ġabra ta’ Sigrieti tal-1934. Din ir-riċerka hija parti mir-riċerka li qed issir minn għadd ta’ studenti u studjużi biex tistħarreġ aspetti differenti tal-personalità ta’ Mamo. L-għan tiegħi huwa li ntella’ fil-wiċċ l-interessi, l-ambizzjonijiet u l-fehmiet tal-awtur li jispikkaw f’dan il-ktieb mhux tas-soltu. Dan il-ktieb mhuwiex interessanti biss minħabba l-kontenut innifsu, iżda wkoll għax il-kontenut jgħallimna ħafna dwar Mamo. Bħala bniedem li kien jemmen fl-edukazzjoni, kien dejjem jara x’se jitgħallem u x’se joħloq, u permezz ta’ xogħlu ried jgħaddi dak li jaf lill-poplu. F’dan il-ktieb tinħass il-vokazzjoni didattika tiegħu biex in-nies ma jħallux lil min iqarraq bihom. Mamo kien tal-fehma li dawn is-sigrieti li ppreżenta f’dan il-ktieb kellhom ikunu ta’ għajnuna kbira għall-ħaddiema Maltin biex jintrefgħu mill-qagħda miżera tagħhom. Peress li kien jinteressa ruħu f’ħafna oqsma, ma neħduhiex bi kbira li f’dan il-ktieb insibu “sigrieti” li jittrattaw temi li ma tantx kienu popolari f’Malta dak iż-żmien, fosthom il-maġija, l-alkemija u l-alkemisti. Madankollu, dan il-ktieb innovattiv kellu jservi wkoll kemm biex l-awtur idawwar xi sold kif ukoll jispikka fost sħabu l-letterati. L-ewwel parti tat-teżi tikkonsisti f’ħarsa kritika lejn dak li nkiteb dwar ħajjet Juan Mamo, dwar il-fehmiet ewlenin tiegħu u dwar xogħlu, speċjalment fil-kuntest ta’ dak li jikteb f’Ġabra ta’ Sigrieti. Għal din il-parti, l-aktar li sibt utli kienu l-kotba ta' Oliver Friggieri Ġwann Mamo: Il-Kittieb tar-Riforma Soċjali u ta’ Francis Galea Juan Mamo: Ħajtu u Ħilietu u teżijiet li saru dwaru. Segwejt ukoll is-sensiela radjofonika L-Amerka ta’ Mamo u l-Konferenza Juann Mamo minn fuq Youtube li komplew iwessgħu l-għarfien tiegħi ta’ Mamo u l-kuntest storiku, soċjopolitiku u kulturali ta’ żmienu. |
| Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/29889 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2017 Dissertations - FacArtMal - 2017 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| 17BAMAL016 .pdf Restricted Access | 2.02 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
