Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/29922
Title: It-tifel : protagonista fil-letteratura tat-tfal
Authors: Sladden, Rachel
Keywords: Children's literature -- Malta
Children in literature
Issue Date: 2017
Abstract: Roald Dahl jgħid li “Jekk trid tasal xi mkien fil-ħajja, trid taqra ħafna kotba”. Ġeneralment ir-rakkont huwa ħaġa li t-tfal jesperjenzaw minn età żgħira. Ħafna drabi f’għamla ta’ kanzunetta jew rakkont li jkun ġej mill-adulti u l-istejjer li jirrakkontawlhom jiffurmaw parti mill-memorji u t-tfulija bikrija tagħhom. Dan huwa proċess mill-isbaħ, u l-interess għal dan listudju nibet fija għax il-qari, u b’mod partikolari l-letteratura tat-tfal, minn dejjem kien għal qalbi. Barra minn hekk il-letteratura tat-tfal xi darba jew oħra kulħadd qraha. Il-kittieba Margaret Meek tikkwota lil Jacqueline Rose li ssostni li meta t-tfal, minn età żgħira jesperjenzaw il-qari, iqabbluh ma’ esperjenza maġika. Rose tagħti definizzjoni mill-aqwa ta’ x’funzjoni għandu l-qari għat-tfal żgħar: “hija esperjenza li tippermetti lit-tfal jegħlbu l-imprevedibbiltà tal-ħajja, isaħħu u jipproteġu l-fiduċja fihom infushom u jintegraw il-personalità tagħhom – proċess li idealment joħroġ mill-koerenza tal-estetika tal-ktieb” (Meek 10). Id-dinja tal-maġija, il-fantasija, u l-karattri mżewqin b’karatteristiċi differenti, huma aspetti affaxxinanti fihom infushom, għax dawn huma ftit mill-elementi li jagħmlu ktieb tajjeb tat-tfal. Studji u riċerki fuq il-letteratura tat-tfal huma pjuttost riċenti, u għalhekk ix-xewqa li nirriċerka fuq dan il-qasam kibret iktar. Hemm ħafna aspetti, temi u tekniki li jistgħu jiġu studjati, madankollu jien iddeċidejt li nħares mill-qrib lejn il-protagonista tifel. Kif se jkun stabbilit f’dan l-istudju ħafna mill-protagonisti tal-kotba tat-tfal huma subien, u proprju hawnhekk tidħol il-mistoqsija li se tkun diskussa f’kapitlu tnejn: għaliex il-protagonista tifel jidher iżjed mit-tifla?
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/29922
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2017
Dissertations - FacArtMal - 2017

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
17BAMAL022.pdf
  Restricted Access
1.13 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.