Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/29925
Title: L-element magiku fil-hrejjef ta’ Manwel Magri : kawzi u effetti
Authors: Spiteri Colombo, Jolene
Keywords: Magri, Manwel, 1851-1907. Ħrejjef missirijietna
Fables, Maltese
Magic in literature
Issue Date: 2017
Abstract: L-istudju ta’ din it-teżina jiffoka fuq il-mod kif l-element maġiku huwa magħġun mal-ħrejjef Maltin. L-analiżi, għalhekk, tibbaża fuq il-proċediment sopranaturali tal-maġija flimkien ma’ mekkaniżmi letterarji li fuqhom tissawwar il-ħrafa tas-seħer. Għaldaqstant, din ir-riċerka ġiet mirquma b’referenza kontinwa lejn il-ġabra ta’ ħrejjef ta’ Manwel Magri meħuda mill-ktieb tiegħu Ħrejjef Missirijietna, li serviet ta’ eżemplifikazzjoni xierqa bi spjegazzjoni dettaljata għal kull argumentazzjoni. Dan l-istudju jixhed kif minkejja li l-ġeneru orali huwa frott wirt missirijietna, li jmur lura fiż-żmien sa perjodi sħaħ ta’ poplu illitterat, il-maġija diġà kienet tintuża bħala teknika elaborata biex twassal il-messaġġ didattiku tal-ħrafa bl-għeġubijiet okkulti u b’riżultati affaxxinanti li ġġib magħha, b’konsegwenza li tiġbed l-attenzjoni taludjenza lejn dak li huwa xieraq. It-teoriji applikati f’dan l-istudju jikkonċentraw fuq stħarriġ ġenerali dwar l-element maġiku fil-kultura u fir-rakkont, u l-proċess meraviljuż tiegħu maħdum fil-qiegħ l-istruttura tal-ħrafa.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/29925
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2017
Dissertations - FacArtMal - 2017

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
17BAMAL024.pdf
  Restricted Access
1.43 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.