Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/29932
Title: L-annimali bhala karattri fin-narrattiva ta’ Saghtar
Authors: Vella, Sarah
Keywords: Children's periodicals, Maltese
Animals -- Fiction
Anthropomorphism
Issue Date: 2017
Abstract: Fin-narrattiva tat-tfal niltaqgħu ma’ għadd ġmielu ta’ ħrejjef li huma marbutin ma’ miti kumplessi. It-tifsir tagħhom jixraq lill-fażi tat-tfulija, b’hekk it-tfal għandhom bżonn sforz kbir ta’ immaġinazzjoni u konċentrazzjoni. Fid-dieta letterarja tat-tfulija jrid ikun hemm bilanċ bejn il-kumplessità fil-fantasija tal-ħrejjef u l-letteratura tat-tfal li tagħfas l-aktar fuq l-immedjat. Il-ħrafa tkun letterarja jekk fir-rakkont ikun hemm valuri moħbija għat-tfal biex jiskopruhom. Il-ġabra u l-għarfien tal-ħrejjef Maltin inbdew minn Manwel Magri (1851-1907). Fl-istess żmien kien hemm ukoll interess minn tliet persuni oħra: Luigi Bonelli, Hans Stumme, u Bertha Ilg. Xi wħud mill-ħrejjef li ġabar Magri dehru maqluba għall-Ingliż minn Margaret Murray megħjuna minn Luiża Galea. Ħrejjef Missirijietna, maħruġin minn Magri huma ġabra importanti ħafna li turi l-medda tematika u x-xejriet formali essenzjali tal-ħrafa Maltija (Friggieri 290). Għadd kbir ta’ poeti Maltin inqdew bil-ħrafa versifikata biex ixerrdu tagħlima morali u biex joffru divertiment popolari. Xi drabi l-kittieb jinqeda bl-elementi essenzjali tal-ħrafa qadima u joħloq ħrafa mibnija fuq sitwazzjonijiet mill-ħajja ta’ żmienu. Ħrejjef minn Wied Peprina, Qrempuċu f’Belt il-Ġobon, Il-Ktieb tal-Fenek l-Aħmar ta’ Trevor Żahra u Fil-Gżira Taparsi Jikbru l-Fjuri ta’ Oliver Friggieri huma xogħlijiet li jintrabtu mal-mudelli l-qodma tal-ħrafa fi proża li juru l-addattamenti u l-iżviluppi moderni (Friggieri 291). Bejn is-snin ħamsin u sittin kien żmien li kien hemm nuqqas kbir ta’ kotba għat-tfal. F’dan il-perjodu l-ktieb Ġoġo Rummiena ta’ Albert M. Cassola kien wieħed minn ta’ quddiem. Iżda f’din il-ħabta, kienet importanti r-rivista tat-tfal Children’s Own, li kienet miktuba bil-Malti u bl-Ingliż. Għall-bidu bdiet toħroġ bl-Ingliż biss, imma wara sentejn bdew jidhru xi poeżiji bil- Malti. Aktar tard ir-rivista saret nofsha Malti u nofsha Ingliż. F’Children’s Own kienu jidhru kull xorta ta’ kitbiet għat-tfal; għall-ewwel l-enfasi kienet aktar fuq kitbiet ta’ informazzjoni u tagħlim, imbagħad bdew jidhru wkoll stejjer, poeżiji, ċajt u rakkonti rrakkuntati bl-istampi.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/29932
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2017
Dissertations - FacArtMal - 2017

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
17BAMAL026.pdf
  Restricted Access
1.38 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.