Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/33290
Title: Il-varjazzjoni fit-taqbil tat-tfal
Authors: Vella, Rebecca
Keywords: Nursery rhymes, Maltese -- Malta
Children's poetry, Maltese -- Malta
Sociolinguistics -- Malta
Issue Date: 2017
Abstract: L-għan ta’ din it-teżina hu li nistħarreġ il-varjazzjoni li wieħed isib fit-taqbil tat-tfal. L-analiżi tistrieħ fuq ġabra ta' taqbil li għamilt minn diversi kotba kif ukoll minn għadd ta' intervisti li għamilt ma' 30 ruħ minn tliet lokalitajiet differenti. It-taqbil tat-tfal hu fergħa tat-tradizzjoni orali li tikkonsisti minn għadd ta' versi li tipikament jingħadu jew jitkantaw mit-tfal jew lit-tfal għall-gost inkella waqt xi logħba. It-teżina hija mqassma fi tliet kapitli. Fl-ewwel kapitlu nagħti d-definizzjoni ta’ taqbila billi nuri l-karatteristiċi ewlenin u nanalizza dak li jifforma din it-tip ta’ tradizzjoni orali. It-tieni kapitlu jiffoka fuq ix-xogħlijiet tat-taqbil tat-tfal Maltin kemm dawk tradizzjonali, li l-awturi tagħhom mhumiex magħrufa, u kemm dawk li nkitbu riċentement minn diversi awturi. Il-ġabriet saru mill-kotba u anke siti elettroniċi. Minbarra dan nitkellem ukoll fuq studji dwar it-taqbiliet Maltin minn żewġ kotba partikolari u xi teżijiet. Fit-tielet kapitlu nippreżenta l-metodoloġija u fih wieħed isib ir-riżultati u l-analiżi li ġbart permezz tal-intervisti li għamilt fit-tliet lokalitajiet differenti li huma l-Qrendi, l-Imġarr (Malta) u n-Nadur. L-esperiment sar ma’ 30 mara anzjana u b’kollox analizzajt 31 taqbila. Għal kull taqbila ktibt il-verżjonijiet li ntqalu lili mill-parteċipanti mit-tliet lokalitajiet u semmejt ukoll il-verżjonijiet li ġbart mill-kotba tat-tfal. Fil-metodoloġija nitkellem fuq il-metodu fl-istudju tiegħi u xi metodi oħrajn fis-soċjolingwistika, id-diffikultajiet u l-istudju pilota li għamilt qabel l-intervisti bħala prova u preparazzjoni. Wara r-riżultati u l-analiżi wieħed isib l-appendiċi maqsuma f’żewġ sezzjonijiet. L-ewwel sezzjoni tinkludi xi taqbil ieħor li qaluli l-parteċipanti li ma kienx jagħmel parti mill-istudju tiegħi, waqt li t-tieni sezzjoni fiha s-CD bit-taqbil ta’ kull parteċipant li għamel parti mill-esperiment. Kull taqbila li nsemmi f’dan l-istudju nirreferi għaliha bl-ewwel vers tagħha. Normalment l-ewwel vers huwa dak li jirrappreżenta t-taqbil u jservi bħala titlu b’referenza għat-taqbila kollha, eżempju “Agħmel xita agħmel” u “Johnny Ġonta.”
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/33290
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2017
Dissertations - FacArtMal - 2017

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
17BAMAL025.pdf
  Restricted Access
3.48 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.