Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/34143
Title: Registru, temi u xbihat tabu fin- narrattiva kontemporanja Maltija
Authors: Bajada, Leanne
Keywords: Maltese literature -- 21st century
Taboo in literature
Grotesque in literature
Issue Date: 2017
Citation: Bajada, L. (2016). Reġistru, temi u xbihat tabù fin- narrattiva kontemporanja Maltija (Master's dissertation)
Abstract: Dan l-istudju jistħarreġ ir-reġistru, it-temi u x-xbihat tabù fir-rakkonti kontemporanji Maltijn, narrattiva li kulma jmur qed issir dejjem iżjed kożmopolitana. Minkejja lgħarfien ġenerali tal-element miżjud tat-tabù fin-narrattiva kontemporanja Maltija, il-kritika letterarja għadha ma eżaminatx fid-dettall in-narrattiva lokali meqjusa aktar provokattiva mill-perjodi ta’ qabilha. L-istħarriġ tal-kitba tal-aħħar perjodu Malti ilu jinteressani snin. Xi tnax-il sena ilu kienet ġiet f’idi l-ġabra ta’ novelli L-Istejjer Strambi ta’ Sara Sue Sammut, xogħol ta’ Immanuel Mifsud u, għalkemm il-lingwaġġ disfemistiku (li jisħaq fuq in-nuqqasijiet u x-xejriet koroh) u s-suġġetti ħasduni, din ilħasda nbidlet f’interess partikulari f’din in-narrattiva tal-periferija li spiss twarrab ilġudizzju, tissieħeb mal-weġgħat tad-devjanti, u toffri spazju sabiex l-aktar ħsibijiet mistura fl-individwi jiġu rrakkontati u eventwalment jinkixfu għall-qarrej. L-għażla li niffoka fuq il-perjodu kontemporanju Malti definittivament ma kinitx waħda estetika jew għaliex jirrappreżenta wieħed mill-ġeneri l-aktar reċenti. Minkejja r-riċensjonijiet li jinstabu mifruxin f’gazzetti u f’rivisti, u r-rakkonti li jisfidaw il-konfini stabbiliti, kien għadu ma sarx studju profond dwar it-tabù fin-narrattiva kontemporanja Maltija. Fis-seklu wieħed u għoxrin f’Malta dehru għadd ta’ awturi li f’xogħlijiethom bdew jittrattaw temi meqjusin tabù, xbihat provokanti u reġistru disfemistiku. Din in-narrattiva warrbet l-ewfemiżmi u ttrattat sitwazzjonijiet degradanti, oxxeni u li normalment jinżammu mistura. In-narrattiva kontemporanja Maltija hija l-iżjed tip ta’ kitba li toffri l-opportunità sabiex nistħarrġu t-tabù f’relazzjoni mal-istituzzjonijiet soċjali, id-djalettika bejn il-libertà u l-iskandlu talespressjoni u l-gradi ta’ provokazzjoni fil-ġeneri li tinqeda bihom. Għażilt dan ilperjodu narrattiv għaliex it-testi li se nistħarreġ jagħtu vuċi lin-narrazzjoni trasgressiva, xokkanti, provokattiva jew bizzarra u jeżemplifikaw ġrajjiet tal-periferija li jiddistingwuhom minn perjodi letterarji oħra aktar konservattivi. Il-kuntrast bejn ilperjodu attwali u bikri jinħass mhux biss għaliex qabel il-perjodu kontemporanju temi partikulari kienu jissemmew b’mod aktar sottili, iżda saħansitra jeżistu suġġetti li lanqas biss kien jinħolom li jiġu trattati.
Description: M.A.MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/34143
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2017
Dissertations - FacArtMal - 2017

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
17MAMAL001.pdf
  Restricted Access
2.44 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.